Notifiki

BIL-FILMAT: L-Oppożizzjoni ssostni li m’għandiex proposti għar-riforma fil-kera

It-Tnejn filgħodu, il-Partit Nazzjonalista organizza konferenza tal-aħbarijiet biex jattakka r-riforma li ħabbar il-Gvern għall-kirjiet ta’ qabel l-elf disa’ mija ħamsa u disgħin.

Għar-riforma fil-kirjiet, id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo kien mistoqsi x’inhuma s-soluzzjonijiet tal-Oppożizzjoni, bil-Partit Nazzjonalista jirreferina biss għal stqarrija li kien ħareġ.Aqra aktar

10,000 familja se jgawdu mir-riforma tal-kirjiet ta’ qabel l-1995… il-pensjonanti se jieħdu massimu ta’ €10,000

Bil-frażi “Ġustizzja u Serħan il-Moħħ” fl-isfond, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar riforma li se tindirizza l-problema fil-liġi tal-kera ta’ qabel l-elf, disa’ mija u ħamsa u disgħin, li se tgħin lil xejn inqas minn għaxart elef familja.

Bl-għajta li mhu se jħalli lil ħadd waħdu jew bla saqaf fuq rasu, il-Prim Ministru qal li dan il-Gvern qatt ma beża’ mill-isfidi, u b’kuraġġ u determinazzjoni dejjem għaraf x’inhuma r-realtajiet.Aqra aktar

Il-PM jħabbar li se jiġu indirizzati l-isfidi fil-kirjiet ta’ qabel l-1995

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li t-Tnejn se jlaqqa’ l-Kabinettt u l-Grupp Parlamentari biex jiġi diskuss pjan għal riforma li se tindirizza għexieren ta’ snin ta’ inġustizzji b’rabta mal-kirjiet ta’ qabel l-elf disa’ mija ħamsa u disgħin.

F’Villa Bighi fil-Kalkara, Robert Abela ppreżenta pjan imsejjes fuq tliet prinċipji ewlenin immirati għas-sidien u anke għall-inkwilini.Aqra aktar

Send this to a friend