Notifiki

“Ir-riforma tal-kirjiet ta’ qabel l-1995 hi pass ’il quddiem” – MDA

Waqt laqgħa bejn il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, l-MDA qalet kif ir-riforma li se jintroduċi dan il-Gvern b’rabta mal-kirjiet ta’ qabel l-1995 hi pass ‘il quddiem għall-inġustizzja li ilha teżisti għexieren ta’ snin.

Din kienet laqgħa fost bosta li qed iwettaq il-Gvern, bil-laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika qed isiru ma’ diversi stakeholders dwar ir-riforma tal-kirjiet protetti ta’ qabel l-1995, dan qabel ma tibda d-diskussjoni fil-Parlament din il-ġimgħa.

Aqra aktar

10,000 familja se jgawdu mir-riforma tal-kirjiet ta’ qabel l-1995… il-pensjonanti se jieħdu massimu ta’ €10,000

Bil-frażi “Ġustizzja u Serħan il-Moħħ” fl-isfond, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar riforma li se tindirizza l-problema fil-liġi tal-kera ta’ qabel l-elf, disa’ mija u ħamsa u disgħin, li se tgħin lil xejn inqas minn għaxart elef familja.

Bl-għajta li mhu se jħalli lil ħadd waħdu jew bla saqaf fuq rasu, il-Prim Ministru qal li dan il-Gvern qatt ma beża’ mill-isfidi, u b’kuraġġ u determinazzjoni dejjem għaraf x’inhuma r-realtajiet.Aqra aktar

Send this to a friend