Ikunu se jraqduha hekk kif rritornat għandhom wara 11-il sena… f’ġimgħa l-MSPCA sabulha familja li tħobbha

Din hija Bella. Bella hija kelba li ħdax-il sena ilu, meta kienet għadha biss ġeru, is-sid inizjali tagħha ma setax iżommha u sabilha sid ġdid.

Iżda ġara li meta ta lis-sid il-ġdid, huwa ma biddilx id-dettalji taċ-ċippa tagħha u mingħajr ħadd qatt ma ta każ, Bella baqgħet imniżżla fuq l-ewwel sid tagħha tul dawn is-snin kollha.Aqra aktar

Jabbandunawha wara li mardet

Laika, kelba tar-razza Chow Chow spiċċat abbandunata f’santwarju tal-annimali mis-sidien tagħha wara li ma riduhiex għax mardet.

Ritratti li tpoġġew mis-santwarju; Assoċjazzjoni għal Annimali Abbandunati, AAA, juru f’liema stat tħalliet il-kelba b’ġerħa infettata f’wiċċha, infezzjoni fil-ġilda tant li qed iġġiegħel lill-kelba tħokk. Sostnew li l-kelba għandha wkoll kundizzjoni tissejjaħ, entropion, kundizzjoni li hi assoċjata ma’ din ir-razza li taffettwa l-għajnejn. Aqra aktar

Regina: il-kelba minn Sqallija li saret Maltija!

Fl-aħħar, Regina tinsab Malta!

Din hija kelba li sabet ix-xorti meta raġel Malti kien waqt btala fi Sqallija. Regina kienet tinsab fi stat gravi, tiġġieled u tissielet biex tgħix, ġurnata wara l-oħra.

Il-protagonist uman huwa Etienne Carter, li rrakkonta li kien ċar li l-kelba kienet ġiet abbużata u msawwta, però f’jumejn magħha, għamlet bidliet kbar. “Niżgurakhom li taf tħobb ħafna u taf tisraqlek qalbek mal-ewwel ftit minuti” qal Carter.Aqra aktar

Bil-filmat: Il-mument tal-biki meta kelba tinduna li ġiet abbandunata

Għal dawk li l-annimali għalihom huma membru tal-familja, żgur mhux forsi li dan il-filmat jġibilhom qalbhom daqs ġunġliena. Filmat li ttieħed minn volontiera f’dar fejn iżommu annimali abbandunati fejn jixhed il-mument meta l-kelba Electra ntebħet li ġiet abbandunata għal dejjem.

Electra, kelba tar-razza Pitbull u li għandha madwar erba’ snin, ġiet abbandunata f’Pomona f’Kalifornja ftit tal-jiem ilu u issa qed tfittex familja li lesta tħobba mill-ġdid.

Aqra aktar

Send this to a friend