kelb – One News

Notifiki

Sidu beda jagħtih daqqiet bla ħniena u l-kelb jingħi bl-uġigħ f’Santa Venera – il-każ għall-Qorti

Ġeru tar-razza Pitbull jinsab f’idejn l-Animal Welfare sabiex jingħata l-kura wara li sidu beda jagħtih bla ħniena b’oġġett.

Ma’ One.com.mt id-Direttur tal-Animal Welfare Noel Montebello qal kif daħlilhom rapport li kien hemm kelb qed jiġi maltrattat f’gallerija f’Santa Venera, fejn minn hemmek skatta proċess ta’ spettorat u kkonfsikaw il-kelb.

Montebello spjega li l-ġeru kellu widnejh maqtugħin li hija wkoll att illegali.

Nifmhu li l-Pulizija ġew infurmati bl-allegat każ u li bdew proċeduri kontra sid il-kelb fuq moħqrija tal-annimali.

Il-multi ta’ moħqrija tal-annimali huma bejn elfejn ewro u sitt elef u ħames mitt ewro jew piena ta’ tliet snin ħabs.

Send this to a friend