BIl-FILMAT: Karozza tieħu n-nar fil-Ħamrun

Il-Pulizija qed tinvestiga karozza li ħadet in-nar bejn il-lejl tal-Erbgħa u l-Ħamis fil-Ħamrun.

Residenti fi Triq Barbara fil-Ħamrun qalu lil ONE News li l-karozza tal-għamla BMW ħadet in-nar fil-ħemda tal-lejl u kkawżat daħna kbira u inkonvenjent kbir.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li wettqu ħidma biex jikkontrollaw in-nirien.

Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-Pulizija qalu li sid il-vettura joqgħod tefa’ ta’ ġebla ’l bogħod minn fejn ħadet in-nar il-karozza waqt li mhux jeskludu li fil-każ jista’ jkun hemm l-involviment ta’ terzi.

Nifhmu li dwar il-każ se tinfetaħ inkjesta maġisterjali.

Aqra aktar

ARA L-FILMAT: Żewġ karozzi jieħdu n-nar fil-Gżira.

Matul il-lejl li għadda għall-ħabta tas-1:30 ta’ filgħodu, żewġ karozzi tal-għamla Renault u Honda ħadu n-nar. L-każ seħħ fi Triq Turo Rizzo, il-Gżira

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Puluzija u membri mit-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nar .Huwa mifhum li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Għadu mhux mifhmum jekk in-nar tqabbadx intenzjonalment.

Fuq il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Aaron Bugeja.

Aqra aktar

FILMAT: Karozza bit-turisti tieħu n-nar fi triq il-Kosta

Karozza tal-kiri li kienet qed tintuża minn turisti, inħakmet minn nirien illum għall-ħabta tas-13:10 ta’ wara nofsinhar.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, waqt li kien viċin lukanda li tinsab fi triq il-Kosta, lemaħ l-istess karozza tal-kiri b’passiġieri turisti, li kienet qed tieħu n-nar.Aqra aktar

Sentenza sospiża wara li għamel ħsarat fuq karozza f’Għajnsielem

Raġel ta’ 45 sena mill-Qala Għawdex ġie kkundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li għamel ħsara estensiva fuq vettura f’Għajnsielem.

Id-danni tal-ħsarat miġjuba jammuntaw għal iżjed minn elfejn u ħames mitt ewro.

Quddiem il-Maġistrat Joanne Vella, l-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Hu kien ordnat iħallas id-danni kkaġunati minnu fi żmien sitt xhur.

L-Ispettur Bernard Charles Spiteri mexxa l-prosekuzzjoni.

Iweġġa raġel f’Birkirkara

Illum fid-09: 00 ta’ filgħodu  ntalbet l-assistenza tal-Pulizija fi Triq Santa Marija f’Birkirkara.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq is-sit. Investigazzjonijiet preliminari wrew li r-raġel ta’ 45 sena , li joqgħod Birkirkara kien għadu kif ħareġ minn Ford Transit, meta din għal xi raġuni ċaqilqet u b’hekk weġġa r-raġel.

L-ambulanza li ssejħet fuq il-post ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-iktar kura.

Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

 

Send this to a friend