Tinqaleb bil-karozza f’Għar Lapsi

Seqqiewa inqalbet bil-karozza ftit tal-ħin ilu fl-inħawi ta’ Għar Lapsi. Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jagħtu l-ewwel għajnuna.

Għadu mhux magħruf jekk is-sewwieqa sofrietx minn xi ġrieħi minħabba l-inċident.

Ikisser ħġieġa ta’ karozza f’San Ġiljan biex jidħol jorqod fiha

Student li kien fis-sakra tressaq il-qorti wara li kisser ħġieġa ta’ karozza sabiex jidhol fiha biex jorqod.

Nicolas Jesus Rivera Cordero ta’ 25 sena, imwieled iċ-ċili, li jinsab Malta minħabba l-istudji tiegħu, it-tnejn filgħaxija kien fis-sakra u waqt li kien miexi lejn ir-residenza f’San Ġwann huwa kisser ħġieġa ta’ karozza bl-intenzjoni li jidħol fil-karozza u jorqod.

Il-karozza tat-tip Nissan kienet ipparkjata fit-Triq Żebbuġ San Ġiljan. Iż-żagħżugħ ġie arrestat u akkużat fost oħrajn li għamel danni fuq vettura tal-kiri u li kien fis-sakra fil-pubbliku.

Il-Maġistrat Charmaine Galea sabet lill-istudent ħati. Huwa ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiza għal erba’ snin u kien ordnat li jħallas €4,397 f’ danni sa Novembru.

Bil-ħlas se jsir meta l-istudent imur lura f’pajjizu.

Aġġornat bir-ritratti: Vann jieħu n-nar fil-Fgura

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu karozza pparkjata fi Triq il-Liedna, il-Fgura, il-lejl li għadda.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-01:00. Uffiċjali tat-tifi tan-nar marru mal-ewwel fuq il-post sabiex jikkontrollaw in-nirien.

Għadu mhux magħruf jekk xi djar jew karozzi oħra fil-viċin ġarrbux xi ħsarat minħabba n-nar. Il-kawża tan-nirien għadha mhux magħrufa.

Ritratti: Ivan Baldacchino 

 

Il-karozza li frankatlu mijiet ta’ ewro fis-sena

Sena ilu, il-Perit Reuben Abela sar wieħed mill-ftit Maltin li ddeċieda li jmur għal karozza li taħdem bid-dawl.

F’dawra li għamila mal-Perit Abela f’għadd ta’ toroq fiż-Żejtun, il-Perit qalilna li ma jiddispjaċih xejn mill-għażla li għamel.

Qalilna li bl-għażla li għamel mhux biss qed iħares l-ambjent, iżda qed jibqagħlu ħafna aktar flus fil-but.

Spjega li “l-idea li nnaqqas it-tniġġiż ambjentali minfejn ngħaddi, naħseb dik primarja, imbagħad għandek l-aspett ekonomiku, ta’ tifdil, li kieku tuża l-fossil fuel direttament għall-użu elettriku.”Aqra aktar

L-isptar wara li tinqeleb b’karozza f’Birzebbugia

Tfajla minn Birzebbugia ttieħdet l-isptar wara li nqalbet bil-karozza.

Minn informazzjoni li kiseb One.com.mt kienu għall-ħabta tal-17:30 ta’ filgħaxija meta t-tfajla ta’ 19-il sena li kienet qed issuq karozza tal-għamla Skoda Fabia ħabtet ma’ SUV Nissan Qashqai  misjuqa minn mara Ingliża ta’ 45-il sena minn Marsaskala. Mal-impatt l-karozza misjuqa mit-tfajla Maltija nqalbet.

Aqra aktar

Send this to a friend