Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li dalgħodu intlaqat minn karozza misjuqa minn mara ta’ 40 sena minn Ħal-Balzan. L-nċident seħ għall-ħabta tas-7.30 am fi Vjal De Paule, Ħal Balzan.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li l-mara li kienet qed issuq karozza tal-għamla Opel Astra ħabtet ma’ mutur Yamaha li kien qiegħed jiġi misjuq minn raġel ta’ 62 sena minn Ħal Balzan ukoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Se jitnaqqas il-limitu tal-veloċità tat-triq fejn inqaleb bil-karozza l-Prinċep Philip

Il-limitu tal-veloċità fit-triq fejn il-Ħamis filgħaxija il-Prinċep Philip inqaleb bil-karozza se jitnaqqas. Dan wara li l-Kunsill tal-inħawi fejn hemm il-palazz ta’ Sandringham f’Norflok, qabel li dan għandu jsir u mistenni jiltaqa’ aktar tard il-Ġimgħa.

Il-Prinċep, li għandu 97 sena, inqaleb bil-karozza waqt li kien qed isuq fuq it-triq A149 wara li ħabat ma’ karozza oħra. Huwa ma ġarrab l-ebda ġrieħi, iżda s-sewwieq u l-passiġġer tal-karozza l-oħra ġarrbu ġrieħi ħfief.

Xhieda fuq il-post qalu li l-Land Rover tad-Duka nqalbet minnufih wara l-ħabta, u minkejja li kien konxju, jidher li kien taħt xokk qawwi u lellu bżonn l-għajnuna biex joħroġ mill-karozza tiegħu.

AĠĠORNAT: Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu żewġ karozzi fil-Ħamrun

Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu żewġ karozzi fil-Ħamrun kmieni t-Tlieta filgħodu. Il-karozzi kienu pparkjati viċin il-Junior College.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post għall-ħabta tal-09:45 biex jitfu nirien li ħakmu karozza tat-tip Volkswagen. Dawn infirxu għal karozza tat-tip Fiat Punto li nzertat kienet ipparkjata quddiem din il-karozza.

Iż-żewġ karozzi ġarrbu xi ħsarat, iżda b’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

 

Passiġġier isofri ġrieħi gravi wara li karozza baqgħet dieħla ġo siġra f’Ħaż-Żabbar

Ġuvni ta’ 21 sena minn Marsakala li kien passiġġier f’karozza qed isofri minn ġrieħi gravi wara li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra.

L-inċident seħħ fid-21:30 il-Ħamis filgħaxija, fi Triq Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar. Jidher li s-sewwieq, raġel ta’ 46, tilef il-kontroll tal-karozza BMW 318, u baqa’ dieħel ġo siġra. Miegħu kien hemm riekeb il-vittma u ġuvni ieħor ta’ 25 sena.Aqra aktar

175 karozza tqabbdu apposta – jinstabu traċċi ta’ kimika fihom

Fl-aħħar tliet snin inħarqu 452 karozza, li 175 minnhom tqabbdu apposta. Ċifri li kiseb ONE News mill-Korp tal-Pulizija juru li fl-ewwel 11-il xahar tas-sena, inqerdu 148 karozza li kważi sittin minnhom inħarqu apposta.

L-aktar sena li fiha nħarqu karozzi kienet is-sena l-oħra, meta inħarqu mija u tmienja u sebgħin karozza li 72 minnhom tqabbdu apposta. L-akbar ammont ta’ karozzi li tqabbdu apposta kien f’Ħal Qormi segwit minn Bormla u l-Ħamrun.Aqra aktar

Send this to a friend