X’ċuċ hu tat-towing?

Kulħadd jagħmel li jrid ġie f’dan il-pajjiż

Dan il-kumment sibnieh fuq paġna Facebook bl-isem “Waqfet Tal-Linja” u kien akkumpanjat minn filmat. Milli jidher, grupp ta’ ħamest’irġiel iddeċidew iċaqalqu karozza li kienet ipparkjata ħażin, b’konsegwenza li ma setax jgħaddi t-trakk.

Ma nafux jekk il-karozza waqfitx lil min kien qed isuqha jew inkella kien każ ta’ parking b’mod traskurat. Li hu żgur hu li dawn l-irġiel ħadu l-liġi b’idejhom, litteralment. Minbarra idejhom użaw ukoll pali biex ċaqalqu l-karozza. Fl-isfond ta’ nies jidħku li jinstemgħu fil-filmat, wieħed mill-irġiel l-ewwel deher jagħmilha ta’ supervisor, imbagħad spiċċa parteċipi hu wkoll. Il-karozza tidher li spiċċat b’xi danni, għalkemm ma nafux kienux hemm minn qabel.

Il-post fuq Facebook timtemm hekk: kieku il-karozza tiegħek x’tagħmillhom bħal dawn?

Aqra aktar

Karozzi antiki, dehra ġdida – The Malta Classic 2016

Dik li darba kienet l-Mdina Gran Prix, organizzata mill-Valletta Gran Prix Foundation, se ssir bejn is-sitta u d-disgħa t’Ottubru.

Għas-sitt darba, se ssir ċelebrazzjoni tal-istil klassiku tal-vetturi, fil-ġmiel storiku li joffri l-isfond tal-Imdina. Din is-sena mistennija jattendu ‘l fuq minn 70 parteċipant mill-Ingilterra, l-Italja, Franza, l-Iżvizzera u minn Malta stess.

Fost il-vetturi klassiċi li se jgħaxqu r-rotta bejn l-Imdina u l-Imtarfa se naraw Riley, Alvis, Ferrari, Jaguar, Alfa Romeo, Lancia, u Talbot.

Aqra aktar

Il-vjaġġ tiegħek kemm jiġik?

Issa tista’ tkejjel kemm infaqt fuel u kemm tfajt diossidju tal-karbonju fl-arja meta tivjaġġa bil-karozza.

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret din l-għodda ġdida li żviluppat hi stess, biex tgħin ċittadini jirrealizzaw kemm qed iniġġżu.

Provajna nikkalokolaw fiex isarraf vjaġġ mill-Belt Valletta għall-Mellieħa. Wara li għażilna t-tip ta’ karozza u t-tip ta’ fuel (unleaded). Ir-riżultati jidhru hawn.

Aqra aktar

Ħabta bejn karozza u żiemel f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 57 sena u ż-żiemel li kien qed fuqu ndarbu wara inċident li seħħ ftit wara s-seba’ fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.

L-inċident seħħ wara ħabta bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħal Qormi u ż-żiemel.

Is-sewwieq taż-żiemel ittieħed l-isptar għal kura filwaqt li veterinajru provda l-kura meħtieġa liż-żiemel.

Żewġ Żwieten ta’ 66 sena qabżu ħajt bil-karozza u ndarbu gravi

Ilbieraħ għall-ħabta tad-21:30 seħħ inċident tat-traffiku ġewwa Delimara, limiti ta’ Marsaxlokk.

Mara ta’ 66 sena residenti ż-Żejtun tilfet il-kontroll ta’ vettura tat-tip Peugeot 106, qabżet ħajt tas-sejjieħ u baqgħet dieħla ġo għalqa.

Ambulanza ħadet lix-xufier u lill-passiġġier l-isptar Mater Dei għall-kura medika.  Il-passiġġier li għandha 66 ukoll residenti ż-Żejtun, ġiet iċċertiifkata li qed issofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li x-xufier qed issofri minn ġrieħi ħfief.

 

 

 

 

32,461 persuna ħadu flushom lura f’sentejn

 Fis-sena 2014 kien hemm 29,126 persuna li ħadu pagament ta’ €110 jew ta’ €55 bħala rifużjoni ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi. L-ammont totali li ingħata lura fi flus s’issa kien ta’ €3,274,480.00 fis-sena 2014.
Fis-sena 2015 kien hemm 3,336 persuna li ħadu l-ħlas kollu dovut bħala rifużjoni ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi reġistrati bejn l-1 ta’ Mejju u l-aħħar ta’ Diċembru 2004. Dawn ingħataw l-ammont ta’ €2,315,847.57. Dan ħareġ fi tweġiba Parlamentari tal-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi. Aqra aktar

Karozza li tidher sospiża wara li niżlet mill-Gozo Channel

Qarrej ta’ dan is-sit bagħat ritratt ta’ karozza li għal ftit mumenti spiċċat tistrieħ fuq ir-rampi fuq l-art wara li niżlet mill-vapur tal-Gozo Channel.

Is-sitwazzjoni kienet ikkontrollata minnufih u ħadd ma ndarab. Il-karozzi l-oħra li kienu fuq il-vapur niżlu mingħajr xkiel wara li l-vapur kien irmiġġjat. 

Send this to a friend