Notifiki

ARA: Raġel arrestat mill-Pulizija wara li deher f’filmat ikisser u jisraq basket minn ġo karozza

Il-Pulizija kkonfermat ma’ ONE News li arrestat raġel li deher f’filmat fuq il-midja soċjali, ikisser u jisraq basket minn ġo karozza pparkjata. Il-Pulizija qalet li l-każ seħħ fl-10:30 ta’ dalgħodu viċin l-istabbiliment tal-Posta fi Triq il-Vittorja f’Ħal Qormi.Aqra aktar

Karozza hybrid li taħdem bl-intelliġenza artifiċjali

Bosta jistennew l-għeluq it-tmintax-il sena biex jibdew jitgħallmu s-sewqan tal-karozza, imbagħad la jkollna l-liċenzja f’idejna erħilna  nduru għall-karozza li nkunu ilna żmien noħolmu li jkollna.Aqra aktar

Hedded lil martu li jtajjarha bil-karozza

Raġel ta’ erbgħin sena minn Bormla ingħata sentenza ta’ dsatax –il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li hedded lil martu.

Intqal kif il-koppja għaddejjin minn separazzjoni, u fl-elfejn u għoxrin ir-raġel hedded lil martu li jekk jaraha ma’ raġel ieħor itajjarha bil-karozza.

Dan ikkonfermatu fix-xhieda tagħha binthom stess.

L-imputat ġie avżat li jekk jerġa’ jagħti fastidju lil martu jiġi mmultat sebat elef ewro.

Send this to a friend