karozza tal linja – One News

Notifiki

Tibda topera l-karozza tal-linja tal-elettriku

Bħalissa fit-toroq Maltin bdiet topera l-ewwel karozza tal-linja li taħdem kompletament bl-elettriku. Din il-karozza tal-linja li hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f’Malta qed tinstaq bi prova għal proġett pilota bil-għan li tiġi studjata aktar il-possibilità li fil-futur, il-karozzi tal-linja l-ġodda jkunu jaħdmu bl-elettriku.Aqra aktar

Sewwieq ta’ karozza tal-linja ma jinstabx ħati ta’ sewqan perikoluż

Sewwieq ta’ karozza tal-linja ma nstabx ħati ta’ sewqan perikoluż wara li tressaq il-Qorti wara li ħabat fil-faċċata taċ-ċimiterju ta’ Ħ’Attard fl-2012.

Ir-raġel, li għanndu 48 sena u huwa mill-Imsida, kien qed isuq karozza antika tal-Arriva fl-1 ta’ Awwissu tal-2012 meta ħabat fil-faċċata taċ-ċimiterju u laqat barrikata u arblu tad-dawl. Jidher li l-ħsara tammonta għal €3,099.Aqra aktar

ARA: Jagħti bis-sieq ġol-bieba ta’ karozza tal-linja

Filmat li ttella’ fuq facebook jidher żagħżugħ jagħti daqqiet ta’ sieq ġol-bieba tal-karozza tal-linja.

Mhux aċċennat x’kienet ir-raġuni li wassal liż-żagħżugħ jagħmel dan.

Fl-istess filmat, in-nies preżentu fuq il-karozza tal-linja jinstemgħu jgħidu lix-xufier biex ma jiftaħlux u biex isuq.

Dan ġara għall-ħabta tas-7.00 ta’ dalgħodu.

Tallinja app taħdem? Provajniha mill-Marsa sal-Belt

Il-klijenti ta’ tallinja issa jistgħu jaċċessaw informazzjoni fil-ħin attwali rigward is-servizz tat-trasport pubbliku billi jniżżlu l-app tallinja fuq mowbajls iPhone jew Android. L-app innovattiva hija b’xejn u hija pass importanti biex ikompli titjieb l-esperjenza ġenerali tal-klienti. Tista tuża l-app biex issib l-iżjed waqfa viċin tiegħek jew ssir taf x’ħin se tasal il-karozza tal-linja matul servizz ta’ 30 minuta.

It-tallinja app tagħmel użu minn GPS, fejn kull karozza tal-linja tibgħat id-direzzjoni attwali lil sistema. Is-sistema tikkumpara d-direzzjoni ta’ fejn il-karozza tal-linja ppjanata li tasal ul-ħin biex li tieħu biex tagħmel dan, fuq 2,000 waqfa differenti madwar Malta u Għawdex.

L-app tagħti benefiċju lill-persuni li jagħmlu użu mit-tallinja card. Permezz ta’ registrazzjoni onlajn, huma jistgħu jiċċekjaw il-bilanċ tal-card, jittopjaw il-card u jaraw ukoll il-vjaġġi tal-linja li jkunu għamlu u t-tranzazzjonijiet.

Biex nipprovaw dan kollu, morna mill-Marsa sal-Belt Valletta.

Aqra aktar

Ħabta ‘head-on’ bejn xarabank u karozza f’Għawdex

Habta head-on bejn karozza Toyota Vitz u karozza tal-linja wasslet biex persuna ttieħdet l-isptar.

Dan seħħ fi Triq l-Imġarr, ir-Rabat Għawdex, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija.

Is-sewwieq tal-karozza huwa raġel ta’ 26 sena mir-Rabat Għawdex, u dan qed isofri minn ġrieħi ħfief. Il-karozza tal-linja kienet misjuqa minn raġel ta’ 33 sena mill-Għasri. Iż-żewġ vetturi ġarrbu ħsarat kbar, għadaqstant jgħodduha b’waħda li l-ġrieħi kienu biss ħfief.

 

Send this to a friend