karol aquilina – One News

Notifiki

Delia komdu b’Karol Aquilina warajh

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qed jibqa’ sieket għal kollox fuq l-aġir tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, li saq b’mod perikoluż u pperikola ħajjet pulizija mis-sezzjoni ta’ traffiku. Aqra aktar

Delia għadu ma lissinx kelma dwar l-aġir ta’ Karol Aquilina

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għadu ma lissinx kelma waħda fuq l-aġir tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.

Filmat esklussiv, li xxandar waqt il-programm Pjazza, wera kif Karol Aquilina prova jfixkel skorta ta’ delegazzjoni ta’ Ministru Barrani li kien f’pajjiżna. Filwaqt li l-karozzi l-oħra warbu u segwew l-ordnijiet tal-pulizija, waqt li kien qed isuq fi triq li tagħti lejn il-Belt, Aquilina mhux biss daħal f’nofs il-karozzi tad-delegazzjoni, imma saħansitra dak li llum huwa il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-governanza saq meta id-dwal tat-traffiku kienu juru l-aħmar u ma tax ċans lin-nies jaqsmu.

Aqra aktar

Juża kull opportunità biex jimbarazza lil Delia

Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qed ikun minn ta’ quddiem li jżomm għaddejja r-ribelljoni kontra l-Kap Adrian Delia. Aqra aktar

Ifittex l-iskużi wara li waqqa’ l-ġebla fuq saqajh

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, issa ntebaħ li waqqa’ l-ġebla fuq saqajh u mar Tas-Sliema biex jiġġustifika għaliex waqqa’ l-libelli li kien għamel wara li ffaċja akkużi mill-iktar serji. Iżda, lanqas dwar dan mhu kredibbli. Għax m’hemm l-ebda skuża valida dwar għaliex ma marx jitlob inkjesta maġisterjali dwaru nnifsu. Aqra aktar

Send this to a friend