karl stagno navarra – One News

It-tieni jum ta’ SFIDA GĦAXRA

Illum, waqt il-programm Pjazza, tkompli sfida għaxra. Sfida li qed tara l-produzzjoni ta’ Pjazza tilħaq il-mira li tiġbor €10,000 għall-Partit Laburista fil-ħames edizzjonijiet tul din il-ġimgħa.Aqra aktar

Eks kantant tal-Iron Maiden jiġi l-One u joħroġ music video għall-ewwel darba

L-eks-membru tal-Iron Maiden, Blaze Bayley, illum se jkanta fit-Teatru Orpheum flimkien ma’ bands Maltin.

Fit-tnedija ta’ dan il-kunċert, il-Ministru responsabbli mill-Kultura Owen Bonnici qal li din hija vettrina għall-mużiċisti Maltin, f’dan il-każ għal bands mill-ġeneru metal, li huwa popolari ferm f’Malta u segwit minn ħafna dilettanti. Minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, hawn abbundanza ta’ talent.

Waqt il-programm Pjazza qabel il-kunċert, Blaze Bayley nieda music video għall-ewwel darba. Tista ssegwih hawn:

Aqra aktar

“Cocaine addict…miskin it-tifel ta’ Tumas!” – skopri kif biddel ħajtu ta’ taħt fuq

“Dipendenti fuq il-kokajina…it-tifel ta’ Tumas…min jaf kemm nies xtaqu jarawni nfalli!”

Hekk kiteb dwaru nnifsu Franco Fenech, illum-il ġurnata jgħix ħajja kompletment differenti u ħieles mill-vizzju tad-droga.

Għalkemm kliemu dwaru nnifsu huwa ikkulurit ferm, ma jiddejjaqx jikteb minn fejn ġej: “I’ve been to many, many rehabs, snorted tonnes of coke and did things I’m ashamed of”…iżda llum-il ġurnata jgħid “I’m taking over the world!”

Skopra x’kellu xi jgħid waqt il-programm Pjazza.

Aqra aktar

“It’s a first!”

“It’s a first” – hekk stqarr il-President tal-Kamra tal-Avukati George Hyzler meta kkonferma t-tnaqqis fid-dewmien li esperjenza l-qrati f’dawn l-aħħar tliet snin.

Waqt il-programm Pjazza, George Hyzler qal li miżuri li ttieħdu f’dan il-qasam qed iħallu riżultat mixtieq.

It-tnaqqis fid-dewmien fil-qrati hija xi ħaġa li qed jesperjenzawha mill-qrib l-avukati nfushom. L-avukat Hyzler qal li l-Imħallfin qed jagħtu iżjed sentenzi mill jidħlu, u din qatt ma rawha qabel.  

Fattur li qed iwassal għal dan ir-riżultat hija l-introduzzjoni tal-Court Attorneys, avukati b’esperjenza li qed jassistu lill-Imħallfin fis-sentenzi tagħhom. Miżura li fi kliem Hyzler żiedet l-effiċjenza fil-mod kif jaħdmu l-qrati.

Żied jgħid li l-miżura turi kif il-flus biex jitjieb dan il-qasam qed jintefqu b’għaqal.

Quddiem miżura li qed tħalli l-frott, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li tkun ikkunsidrata l-possibilita’ li l-Court Attorney jkunu estiżi għall-Maġistrati wkoll. 

Aqra aktar

Stagno Navarra fil-pjazza fuq ONE

 

Il-ġurnalist ta’ esperjenza Karl Stagno Navarra, li bħalissa jikkontribwixxi għall-Bloomberg, se jkun qed jirritorna fuq it-televiżjoni Maltija bi programm li se jixxandar kuljum qabel l-aħbarijiet ta’ ONE.

Aqra aktar

Send this to a friend