Il-Ħamis filgħaxija, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech mar quddiem Kastilja biex jippolitiċizza l-Covid-19.Aqra aktar

Il-Ħamis filgħaxija, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech mar quddiem Kastilja biex jippolitiċizza l-Covid-19.Aqra aktar
Il-Prim Ministru Robert Abela huwa fdat 16.7% iżjed mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Dan skont stħarriġ li ġie ppubblikat il-Ħadd fil-gazzetta Maltatoday. F’Diċembru Robert Abela kien fdat minn 46.8% ta’ dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ filwaqt li Bernard Grech kien fdat minn 30.1% ta’ dawk li ħadu sehem fis-sondaġġ tal-Maltatoday.
Is-sondaġġ, li sar wara l-bidliet fil-Kabinett, juri lil Robert Abela fdat iżjed minn Bernard Grech f’kull reġjun u f’kull kategorija ta’ età. L-istħarriġ jinnota wkoll li dan kien l-aktar stħarriġ li Bernard Grech mar ħażin fih sa issa. Robert Abela huwa fdat iżjed minn Bernard Grech fost in-nisa u l-irġiel iżda huwa l-aktar fdat fost iż-żgħażagħ u l-anzjani u l-Prim Ministru reġa’ anki hu iżjed fdat minn Grech f’Għawdex.
Fil-fatt fil-kategorija ta’ dawk li jgħoddu bejn it-18 u l-35 sena, Robert Abela kellu fiduċja ta’ 39.2% filwaqt li Grech kellu biss 18.2%. Il-Maltatoday tgħid li din kienet l-aktar kisba baxxa tal-Kap tal-Oppożizzjoni f’dan is-sondaġġ. Fejn tidħol il-kategorija tal-anzjani, jiġifieri dawk li għandhom 65 sena jew aktar, Robert Abela kiseb 58.9% filwaqt li Bernard Grech ġab 30.4%. F’Għawdex, Robert Abela kiseb 59.5% filwaqt li Bernard Grech ġab 26.6%.
Meta l-istħarriġ ħares lejn il-partiti politiċi, l-appoġġ lejn il-Partit Laburista huwa simili ħafna tal-fiduċja tal-mexxej tiegħu u anki reġa’ kiseb il-fiduċja f’Għawdex ukoll. Fuq skala nazzjonali, 42.9% li pparteċipaw fl-istħarriġ qalu li jivvutaw lill-Partit Laburista filwaqt li 30.3% qalu li jixħtu l-vot tagħhom favur il-Partit Nazzjonalista.
Il-Maltatoday qalet li kemm iż-żewġ mexxejja u anki iż-żewġ partiti naqsu ftit mill-persentaġġi rreġistrati wara d-diskorsi ewlenin fil-preżentazzjoni tal-budget iżda dawn il-persentaġġi juru distakk ta’ madwar 36,000 vot bejn iż-żewġ partiti politiċi ewlenin f’pajjiżna.
Ħu l-mibki Renald Falzon qal li l-inqas ħaġa li l-familja Falzon xtaqet tisma’ kien lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jippolitiċizza l-mewt tal-għażiż ħuh.
“Dan huwa inaċċettabbli u nikkundanna bis-sħiħ id-diskors li għamel. F’dan iż-żmien għandna bżonn is-sostenn u s-sapport u mhux dan in-nuqqas ta’ rispett minn Kap tal-Oppożizzjoni”, saħaq Marco Falzon.
L-għada li sar il-funeral tas-Sindku Qormi li kien maħbub u magħruf li jaħdem mingħajr ma jħares lejn uċuh, il-Kap tal-Oppożizzjoni f’attività politika fiż-Żurrieq, infexx jgħajjat u ppolitiċizza l-mewt ta’ Renald Falzon u mwiet oħra ta’ persuni mill-Covid-19.
Fuq il-profil tiegħu fuq facebook, Marco Falzon esprima l-weġgħat tiegħu u tal-familja mhux biss għall-mewt ta’ Renald li l-Qriema sellmulu kif jixraq iżda qasam ma’ kulħadd id-dieqa li l-Kap tal-Oppożizzjoni prova jiskorja punti politiċi bil-mewt ta’ xi ħadd.
Marco Falzon qal li dan huwa mument diffiċli ħafna għall-familja wara l-mewt ta’ missier ta’ tlett itfal. Saħaq li ma hemmx kliem biżżejjed biex jesprimu d-dieqa u l-ugigħ li għaddejjin minnu.
Anki qarib tal-familja, Henry Zaffarese kiteb fejn esprima d-dulur li għaddejja minnu l-familja. “Missek tistħi tinqeda b’mewta ta’ persuna li għadha kif ħallietna biex mingħalik tattakka l-Gvern”, saħaq Zaffarese. Qal li l-qraba jafu x’dulur ħassew oħtu u wliedha b’rabta mad-diskors li qal il-Ħadd filgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni.
“Ara vera ma tafx xi tgħid u ma tafx min kien verament Renald”, saħaq Zaffarese li fakkar kif Renald kien jgħin lil kulħadd, irrispettivament mill-kuluri politiċi.
Fuq programm fix-xandir nazzjonali l-Prim Ministru Robert Abela qal li ninsabu viċin li finalment jgħaddi minn fuqna dan iż-żmien ta’ pandemija.Aqra aktar
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ammetta li partijiet mid-diskors tiegħu għall-Budget kitbuhulu grupp ta’ persuni.Aqra aktar
Fl-isfond tas-saga tat-taxxa u tal-VAT li qed tiddomina fit-tellieqa għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia qal li din m’hijiex problema tal-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar
Il-media fil-Belarus qed tirraporta li ġiet maħtufa Maria Kolesnikova, il-persuna li qed tmexxi l-oppożizzjoni. Allegatament, xhieda fil-kapitali raw diversi rġiel b’wiċċhom mgħammad jaħtfuha, jitfawha ġo vann u saqu biha. Aqra aktar
Qrajt pariri ta’ kollegi illustri u anke anqas. Dr Giovanni Bonello ta fehma li tieqaf sa fejn għandha tieqaf. Aqra aktar
20:40: L-attenzjoni ddur fuq id-Dar Ċentrali hekk kif barra l-istamperija bdew jinġabru n-nies ta’ Delia. Dawn l-attivisti u tesserati Nazzjonalisti jinsabu bir-ragħwa f’ħalqhom u esprimew ir-rabja tagħhom mal-ġurnalist Brian Hansford. Nies ta’ Delia nstemgħu jidgħu u jgħidu kliem faħxi wara li deputati Nazzjonalisti marru għand il-President ta’ Malta biex dan jaħtar lil Therese Comodini Cachia bħala Kap tal-Oppożizzjoni.
20:35: Nifhmu li għal-lejla daqshekk laqgħat bejn il-President ta’ Malta u deputati Nazzjonalisti. Illum il-President ta’ Malta George Vella tkellem ma’ għaxar deputati u għada mistenni jitkellem ma’ 20 deputat u filgħaxija, jekk ikun il-każ, mistenni joħroġ stqarrija bl-isem tal-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġdid.
19:59: Għadu kif deher dieħel għal-laqgħa mal-President ta’ malta, id-deputat Nazzjonalista Mario Demarco.
19:25: Jidher ukoll li waslu wkoll Karl Gouder u Jason Azzopardi.
19:04: Deputati Nazzjonalisti oħra ntlemħu fil-Palazz ta’ Sant’Anton huma Ivan J. Bartolo, Beppe Fenech Adami u Hermann Schiavone.
18:44: Għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart tal-lejlal-Palazz tal-President f’Sant’Anton id-deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami u Ivan Bartolo. Iż-żewġ deputati ħarġu wara kwarta mil-laqgħa mal-President George Vella.
Aktar kmieni: Għall-ħabta tal-erbgħa nieqes għoxrin dehru deħlin fil-Palazz id-deputati nazzjonalisti Claudette Buttigieg u Chris Said sabiex jipproponu l-isem ta’ Therese Comodini Cachia biex tkun il-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġdid flok Adrian Delia.
Ftit tal-ħin wara Delia deher ukoll dieħel fil-Palazz għal-laqgħa mal-President fejn ħareġ wara madwar siegħa.
Matul il-jum tal-Ħamis One.com.mt ħabbar kif Il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li sfiduċjat lil Adrian Delia minn Kap Nazzjonalista, bħalissa tinsab f’konfużjoni u f’paniku hekk kif riedet isem ieħor.
Iżda, il-kobba mistennija titħabbel iżjed hekk kif is-sorsi ta’ ONE News fost iż-żewġ fazzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista qed jgħidu li hemm deputati fost id-dsatax li sfiduċjaw lil Adrian Delia fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, li biddlu fehmthom.
Bil-kundizzjoni li tibqa’ anonima, persuna qrib il-fazzjoni Delia qalet lil ONE News li dan l-iżvilupp qajjem iżjed paniku fost il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li trid tassigura u ssostni s-saħħa numerika wara Therese Comodini Cachia.
Dan kollu qed jitpoġġa f’kuntest li Claudio Grech kien il-kandidat oriġinali għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u li daqq l-irtirata wara li l-affarijiet komplew jikkumplikaw ruħhom u ma riedx joħroġ għonqu f’din il-konfużjoni sħiħa.
Fid-dawl li ttieħed vot sigriet biex ġie sfiduċjat Adrian Delia, il-President ta’ Malta mistenni jitkellem ma’ kull deputat fuq il-bank tal-Oppożizzjoni, inkluż ma’ Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia li wkoll kienu ġew eletti f’dik meqjusa bħala l-koalizzjoni ta’ konfużjoni.
Fi stqarrija ffirmata mid-deputat Nazzjonalista Chris Said u d-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia, li ressqu l-mozzjoni ta’ sfiduċja f’Adrian Delia, sar tentattiv ieħor biex Adrian Delia jitlaq bil-kwiet. Aqra aktar
Send this to a friend