kantanta – One News

Notifiki

Unur prestiġjuż għal Malta

Martina Cutajar, tfajla ta’ 14-il sena minn Ħal Safi irnexxiela tirbaħ dak li jissejjaħ Grand Prix – l-ogħla unur li seta’ jinkiseb – b’massimu ta’ punti, fil-World Talent Contest Internazzjonali li sar f’San Benedetto del Tronto fl-Italja.

Aqra aktar

“Thanks for being so supportive!” – RAYE

Rachel Keen, jew aħjar il-kantanta Raye, irringrazzjat lill-folla Maltija fil-fosos tal-paċenzja, wara li problema teknika wasslet għal xi ftit stennija fil-wirja tagħha. Hija bdiet tkanta imma waqfet, u rritornat wara ftit minuti lill-folla li bi ħġarha kantat ma’ siltiet popolarissimi tal-kantanta. Fosthom “By Your Side” li ħarġet fl-2016 ma’ Jonas Blue u “You Don’t Know Me” li kellha flimkien ma’ Jax Jones.

Żgur li din is-silta, xi darba jew oħra, smajtha!

Aqra aktar

Video mużikali ġdid ta’ Gaia

Hey Hello huwa l-isem ta’ kanzunetta ġdida li ħarġet Gaia. Il-kantanta li ġabet l-ewwel Junior Eurovision f’pajjiżna nediet single ġdida u video mużikali abbinat mal-kanzunetta miktuba minn Cyprian Cassar u Matt ‘Muxu’ Mercieca.

Aqra aktar

ARA: L-ewwel reazzjoni ta’ Claudia Faniello

Fl-ewwel reazzjoni tagħha, Claudia Faniello li sfortunatament ilbieraħ ma rnexxiliex tagħmilha mal-finalisti tal-Eurovision li se jkantaw għada fi Kiev qalet li hija kuntenta ħafna. Stqarret li minkejja li r-riżultat ma kienx dak mistenni hija ġġorr il-bandiera ta’ Malta bi kburija.

“Grazzi talli ivvotajtu għalija biex niġi hawn u tas-sapport tagħkom minn Frar sal-lum u ninsab ċerta li se tkomplu tagħmlu dan meta niġi lura Malta. Din kienet esperjenza mill-isbaħ li se niftakar għal ħajti kollha.”

Il-kantanta Maltija qalet li l-Maltin għandhom ikunu kuntenti ukoll għax Malta tat interpretazzjoni tajba.

Aqra aktar

Claudia Faniello mhux deċiża x’se tilbes fuq il-palk

Hekk kif ninsabu biss ftit jiem ‘il bogħod mill-ewwel serata tal-Eurovision fi Kiev, one.com.mt tkellem mal-kantanta li qed tirrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta tagħha ‘Breathlessly’. Faniello spjegatilna li l-preparamenti għaddejjin ġmielhom biex Malta jkollha prestazzjoni mill-aqwa iżda d-deċiżjoni ta’ liema libsa se tkun qed tilbes fis-semifinali għadha mhux finali. Il-kantanta Maltija spjegatilna li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet dwar liema libsa se tkun qed tintliebes fis-semifinali. Lil Claudia fil-provi rajniha b’ilbiesi ċari u li l-istil tagħhom huwa simili ħafna għal dak li rajniha bih f’Malta meta ngħatat it-trofew.

Aqra aktar

Send this to a friend