Notifiki

Riċerka għal dijanjosi iktar bikrija tal-kanċer

Tim ta’ riċerkaturi f’pajjiżna fis-skiet tal-laboratorji fl-Università ta’ Malta qed jaħdmu fuq riċerka bl-isem ‘Imprint’ li potenzjalment tista’ twassal għal dijanjosi iktar bikrija tal-kanċer f’persuni li diġà kellhom kanċer fil-passat. Aqra aktar

Iffirmat ftehim li se jgħin fil-ġlieda kontra l-kanċer

Xjenzati u riċerkaturi Maltin se jkunu qegħdin jingħataw l-opportunità biex jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom fil-qasam tar-riċerka tat-trattament kontra l-kanċer.

Dan permezz ta’ ftehim bejn l-Università ta’ Malta u riċerkaturi Pollakki.

Il-Ministru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Owen Bonnici flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni, Justyne Caruana taw aktar dettalji dwar din il-kollaborazzjoni u qalu kif din is-sħubija se taqsam tagħrif ġdid li se jwassal għal mezzi ġodda ta’ terapija kontra l-kanċer, sabiex din issir aktar preċiża u effettiva.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Kien b’saħħtu mimli enerġija u tlifnieh fi tliet xhur” – omm tifel li miet b’tumur f’rasu

Kien tifel b’saħħtu mimli enerġija, kulħadd jgħidlu li m’għandux kwiet. Bħal sajjetta fil-bnazzi, tlifnih fi tliet xhur.

Hekk iddeskriviet id-disa’ snin li għex binha, f’ħajja li ntemmet f’qasir il-għomor, Chantelle Pace, omm Miguel, li temm il-vjaġġ tiegħu f’din id-dinja f’Awwissu li għadda.

Fil-kamra tas-sodda tiegħu, mimlija b’memorji li sawrulu l-ħajja qasira li għex, l-omm b’qalb maqsuma qaltilna li kollox beda sena ilu fil-ġimgħa li għalqu l-iskejjel minħabba l-COVID-19, meta l-għalliema ta’ Miguel qaltilhom li tah ħass ħażin.Aqra aktar

Ftit qabel miet Ramiro Mallia ħeġġeġ biex jinġabru flus b’risq Puttinu Cares

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li miet wara ħruġ ta’ gass minn heater f’dar f’Ħal Qormi huwa Ramiro Mallia.

Bosta nies li jafu mill-qrib liż-żagħżguħ kitbu messaġġi ta’ sogħba u sellmu lil Ramiro Mallia li kien magħruf kemm kien jaħdem biex jinġabru flus għal dawk morda bil-kanċer.

Fil-fatt sigħat qabel ma’ tilef ħajtu, Ramiro Mallia kiteb fuq il-profil tiegħu fuq facebook u ħeġġeġ lin-nies jixtru figolli, bil-flus imorru b’risq Puttinu Cares.

I’d-domanda hija wahda kbira..Please ibaghtuli Kemm jista jkun malajr biex nerfawlkhom il figolli li tkunu tixtiequ…..

Posted by Ramiro Mallia on Tuesday, 23 March 2021

Ramiro Mallia kien għeleb il-battalja mal-kanċer meta kien iżgħar.

Fuq il-paġna uffiċjali ta’ facebook ta’ Puttinu Cares ingħatat tislima lil memorja taż-żagħżugħ deskritt bħala volontier qalbieni mimli ħlewwa u dejjem lest li jgħin f’kull maratona.

“Min qatt kellu jgħidilna li wara li għelibt il-marda tal-kanċer meta kellek biss tliet snin, kellek tħallina hekk ħabta u sabta”, saħqet l-għaqda Puttinu Cares.

Ramiro Mallia hallejtna imbikkmin u b’qalbna maqsuma. Zaghzugh mimli hlewwa u dejjem bi tbissima. Minn qatt kellu…

Posted by Puttinu Cares on Tuesday, 23 March 2021

Sentejn ilu, Ramiro Mallia fuq inizzjattiva sportiva b’għan nobbli. Tista’ ssegwi s-servizz li kien ixxandar.

AQRA WKOLL

Żagħżugħ ta’ 19-il sena jmut wara ħruġ ta’ gass minn heater f’dar f’Ħal Qormi

Tmut Rebecca Zammit Lupi li hija bint il-fotografu ċelebri tar-Reuters

Bint il-fotografu tar-Reuters Darrin Zammit Lupi ħalliet din id-dinja wara marda serja.

Fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares, b’sogħba, tħabbret il-mewt ta’ Rebecca Zammit. It-tfajla ta’ ħmistax-il sena kellha kanċer rari fl-għadam.

Missierha kiteb li l-aħħar nifsijiet ta’ ħajjitha kienu dgħajfa iżda kienet fil-paċi u serena. Ftit wara, fuq il-profil tiegħu fuq facebook kiteb li l-ġenna issa għandha anġlu ġdid.

L-għaqda Puttinu Cares qalet li issa Becs (kif kienet magħrufa) mhux se tbati iżjed. Qalet li n-nuqqas tagħha se jinħass.

Rebecca Zammit Lupi kienet persuna attiva ħafna u kienet anki teċċella fiż-żfin.

Missierha kien iddokumenta l-vjaġġ ta’ ħajjet bintu waqt li kienet marida permezz ta’ diversi ritratti.

 

Send this to a friend