Notifiki

Il-Kamra tal-Periti tilqa’ l-White Paper tal-Gvern dwar ir-riforma fis-suq tal-kera

Il-Kunsill tal-Kamra tal-Periti ta’ Malta laqa’ b’sodisfazzjon il-White Paper dwar ir-riforma tas-suq tal-kera, li kienet ippreżentata mil-Gvern għall-konsultazzjoni ftit tax-xhur ilu.

Fi stqarrija, il-Kunsill faħħar lill-Gvern, hekk kif ħadem bla qies fuq il-kwalità tad-dokument, u mexxa konsultazzjoni wiesgħa dwar il-White Paper.Aqra aktar

Tilqa’ l-idea tal-masterplan

Il-Kamra tal-Periti tat ir-reazzjoni dettaljata tagħha għal Master Plan li qed ikun proposti għal Paceville. Qalet li hi ta’ l-opinjoni li, filwaqt li dan il-Qafas ta’ Żvilupp għandu numru ta’ aspetti pożittivi li jistgħu jwasslu għal suċċess fir-riġenerazzjoni ta’ Paceville, jinkludi wkoll numru ta’ aspetti li jridu jiġu evalwati mill-ġdid. Fi stqarrija, il-Kamra qalet li t-tfassil ta’ Viżjoni għal Paceville, fiha nnifisha, hi inizzjattiva pożittiva.

“Indipendentament mill-kontenut jew il-metodoloġija addottata, huwa tajjeb li qed jiġi propost Qafas ta’ Żvilupp li jistabbilixxi strateġija għat-tkabbir u għar-riġenerazzjoni ta’ din iż-żona,” qalet il-Kamra tal-Periti. Saħansitra żiedet li inizzjattivi bħal dawn għandhom isiru b’mod iktar frekwenti u għandhom iservu ta’ xprun biex dan il-mekkaniżmu jkun applikat f’lokalitajiet oħrajn. Dwar Paceville intqal li l-importanza li qed tingħata għal titjib fl-ispazji pubbliċi huwa assolutament korrett. L-estensjoni taż-żoni pedonali, u ta’ materjali komuni fid-diversi żoni, huwa wkoll pass fid-direzzjoni t-tajba, anke jekk hemm bżonn li jsir studju iktar fil-fond dwar l-impatt fuq attivitajiet eżistenti.

Aqra aktar

Il-Kamra tal-Periti jirreaġixxu – jingħataw tweġiba

 

 

Il-Kamra tal-Periti irreaġixxiet  għall-Avviż Legali dwar ir-regolariżżazzjoni ta’ żvilupp eżistenti. Qalet li f’Mejju li għadda kienet issottomettiet ir-reazzjonijiet formali għall-abbozz ta’ l-Avviż. Dak iż-żmien kienet qalet li l-abbozz kien jinkludi wisq rekwiżiti vagi.

Il-Kamra għarfet li l-Avviż Legali ġie preżentata mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar lill-professjoni waqt laqgħa ta’ informazzjoni ftit ġimgħat ilu. Iżda esprimiet tħassib fuq numru ta’ punti, ewlenija fosthom li r-regolamenti mhux ċari u huma miftuħa għal interpretazzjoni wiesgħa.

Fi tweġiba għal din l-istqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva spjega s-sitwazzjoni kif kienet qabel id-dħul tal-avviż, f’numru ta’ punti.

Permezz ta’ stqarrija qal li l-liġi hija maħsuba primarjament għal bosta sidien ‘in bona fede’ li xtraw proprjetà fil-passat u li skoprew li ma jistgħux ipoġġuha fis-suq għaliex tali proprjetà hi irregolari.

Aqra aktar

Send this to a friend