Kampanja biex tiġbed l-istudenti lejn karriera fil-finanzi

L-Istitut għall-Accountants f’Malta nieda kampanja ta’ għarfien għal studenti fl-iskejjel sekondarji biex toffri l-informazzjoni kollha dwar il-professjoni ta’ Accountant. Dan fl-istess ħin se jindirizza ċertu domandi jew nuqqasijiet li l-istudenti jista’ jkollhom dwar dan it-tip ta’ xogħol. Dan b’sessjonijiet virtwali fl-iskejjel immexxija mill-Istitut stess, u b’kollaborazzjoni ma’ professjonisti stabbiliti fil-qasam.Aqra aktar

Titnieda kampanja li turi l-ħidma imprezzabbli tal-ħaddiema tal-Wasteserv

Il-Wasteserv nediet kampanja ta’ għarfien, li turi x-xogħol li jagħmlu l-ħaddiema ta’ din l-aġenzija.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia, li faħħar ix-xogħol siewi tal-ħaddiema tal-Wasteserv.

Semma kif waqt il-pandemija, il-ħaddiema tal-Wasteserv komplew bil-ħidma tagħhom b’mod normali, minħabba li s-servizz li jagħtu huwa wieħed essenzjali.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Richard Bilocca qal kif din il-kumpanija waqqfet sezzjoni ġdida biex toffri appoġġ lill-ħaddiema li jkunu għaddejjin minn sfidi relatati max-xogħol.

Qal li l-kumpanija temmen dwar l-importanza ta’ dawn il-ħaddiema, biex pajjiżna jkompli jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu fil-qasam tar-riċiklaġġ.

Kampanja ta’ ndafa fejn jidħlu l-annimali

Tnediet kampanja edukattiva għat-tfal tal-iskola dwar l-indafa fit-toroq fejn jidħlu l-annimali, fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq. Din qed issir biex titqajjem kuxjenza dwar in-nuqqas ta’ ndafa li jista’ jkun hemm fil-lokalitajiet jekk is-sidien tal-annimali ma jnaddfux wara l-annimali tagħhom minnufih.Aqra aktar

Kampanja biex tirrenja l-prudenza fuq il-baħar

Fuq il-baħar kun prudenti. Din hija t-tema tal-kampanja edukattiva li Transport Malta nediet biex tippromwovi mġiba responsabbli u sigura fuq il-bajjiet Maltin.Aqra aktar

Send this to a friend