Notifiki

Joseph Muscat dwar il-Malta Files

Fl-20 ġurnata tal-kampanja elettorali, l-Prim Ministru u Mexxej Laburista tkellem dwar ir-rapporti li dehru kontra Malta fl-istampa internazzjonali. Il-Prim Ministru spjega li dawn ir-rapporti provaw jgħidu li f’Malta hawn kumpaniji li qed jagħmlu xi ħaġa llegali.

Fil-verità, qal il-Prim Ministru, s-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna ilha l-istess minn meta sirna membri tal-Unjoni Ewropea u din is-sistema ġiet approvata mill-Unjoni Ewropea u l-OECD. Iżda, tenna l-Mexxej Laburista, hemm min ikollu l-interess li jagħti daqqa’ lil Malta.

Aqra aktar

FILMAT: L-impenji tal-Prim Ministru fis-sbatax-il jum tal-kampanja

Il-kampanja elettorali issa tinsab fl-aqwa tagħha, dan hekk kif illum hija propju it-tmintax-il ġurnata tal-kampanja. Ilbieraħ il-Mexxej Laburista kellu ġurnata impenjattiva ferm li bdiet b’dibattitu bejn il-mexxejja Politiċi fl-Università ta’ Malta fejn il-Prim Ministru ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-istudenti.

Wara l-Mexxej Laburista kompla jħabbar aktar proposti din id-darba dawk tal-libertajiet ċivili biex mbagħad filgħaxija sab mijiet ta’ nies jistennewh fl-Isla għal Pjazza fi Pjazza.

Hawnhekk, in-nies li nġabru kellhom biss kliem ta’ tifħir għall-ħidma ta’ Gvern Laburista, taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat fejn tidħol l-ugwaljanza u d-drittijiet ċivili. Fosthom, tat it-testimonjanza tagħha Joanne Cassar.

Aqra aktar

ARA: L-impenji ta’ Joseph Muscat fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja

Hekk kif l-elezzjoni daħlet fit-tieni ġimgħa tagħha, f’dan il-filmat tistà tara l-impenji tal-Prim Ministru mill-ewwel ġurnata ta’ tħabbira fl-1 ta’ Mejju fi pjazza Kastilja. Il-Prim Ministru f’din il-ġimgħa ltaqa’ ma’ numru kbir ta’ nies filwaqt li indirizza numru ta’ attivitajiet politiċi. Il-Prim Ministru ħabbar ukoll il-ħames prijoritajiet ewlenin li qed ipoġġi quddiem l-elettorat.

Aqra aktar

It-tiġrija elettorali bdiet!

Il-kampanja elettorali bdiet. Il-pajjiż, bil-mod il-mod, qed jidħol in election-mode f’kampanja elettorali li hija qasira. Bosta ma stennewx li kienet se tissejjaħ l-elezzjoni, iżda fid-dawl taċ-ċirkostanzi u akkużi bla provi, kien pass għaqli li l-Prim Ministru jagħżel l-istabbilità tal-pajjiż qabel il-kilba għall-poter. Differenza kbira bejn dak li kien għamel il-Partit Nazzjonalista fl-2012 meta baqa’ jkaxkar lill-pajjiż f’inċertezza b’detriment fuq l-ekonomija, l-investiment u l-impjiegi.

Aqra aktar

Twissija: tisfruttawx lit-tfal fil-kampanji elettorali…jinħolqu standards

Il-Kumissarju għat-Tfal fi stqarrija nnotat li t-tfal huma suġġetti attraenti għar-reklamar ta’ prodotti u servizzi u ma jistax jonqos li hekk kif l-elezzjoni generali toqrob l-immagini tagħhom tintuża wkoll għall-komunikazzjoni politika.

F’pajjiż fejn kulħadd jaf lil kulħadd u d-deni tal-elezzjoni jibda jinhass, il-Kummissarju għat-Tfal tħoss l-importanza li l-adulti jkunu konxji mill-effett li wiri ripetut tal-immagni tat-tfal jista’ jħalli fuq l-istess minuri.

Il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal tagħti lill-minuri l-jedd li jipparteċipaw, jiffurmaw opinjoni u jassoċjaw ruħhom ma’ partit jew ieħor.

Madanakollu, il-Kummissarju għat-Tfal tħoss li din il-parteċipazzjoni attiva mill-minuri spiss tiġi sfruttata sew minn aġenti kkummisjonati u wkoll minn ġenituri, li jagħtu l-kunsens sħiħ tagħhom għal din il-parteċipazzjoni. Ftit huma dawk li jqisu l-effetti fit-tul tal-parteċipazzjoni tat-tfal fil-kampanji elettorali. Xbihat ta’ minuri fuq billboards u materjal politiku ieħor jistgħu xi kultant iwasslu għal ibbuljar kif ukoll għal diskriminazzjoni.

Għal din ir-raġuni, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal talab lill-Awtorita’ Maltija dwar il-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur biex tfassal standards għall-parteċipazzjoni tal-minuri f’ komunikazzjoni politika, kampanji elettorali, referenda u kull ma għandu x’ jaqsam mal-votazzjonijiet.

L-Istandard tfassal minn Kumitat Tekniku magħmul minn:

Aġenzija Appoġġ

Alternativa Demokratika

Assoċjazzjoni Maltija Awdjo-Viżiva

Awtorita’ tax-Xandir

Kummissarju għat-Tfal

Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilta’

Partit Laburista

Partit Nazzjonalista

Uffiċċju tal-Kummissarju dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data

Universita’ ta’ Malta – Fakulta’ tal-Benessri Soċjali

Servizz tax-Xandir Pubbliku

L-Istandard joffri linji gwida ċari lill-aġenti kkummisjonati u ġenituri kollha għall-protezzjoni u l-appoġġ lill-minuri fl-istadji kollha tal-produzzjoni.

L-Istandard jeżiġi li qabel il-kunsens tal-ġenituri jsir assessjar minn professjonisti rikonoxxuti fil-qasam soċjali sabiex jiġi żgurat li t-tfal ikunu jafu kif u fejn se jidhru   imma wkoll sabiex ikunu konxji minn xi impatt negattiv qabel jinghata l-kunsens.

L-Istandard huwa miftuħ għal konsultazzjoni pubblika sal-Ġimgħa, 26 ta’ Mejju, 2017.

Send this to a friend