kabinett – Page 2 – One News

Notifiki

Il-kabinett japprova t-talba għall-ħelsien mill-arrest temporanju ta’ pazjent marid bil-kliewi

Il-Kabinett approva li t-talba biex Christopher Bartolo ta’ sebgħa u tletin sena jingħata l-ħelsien mill-arrest temporanju.

Ir-raġel ibati minn kundizzjoni serja fil-kliewi, kien qed jiskonta sentenza ta’ ħames snin ħabs wara li ammetta li ttraffika l-kannabis f’perjodu meta kien jagħmel użu minnha minħabba l-uġigħ ikkawżat mill-kundizzjoni tiegħu.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja qal li l-Kabinett wasal għal din id-deċiżjoni wara li ngħata parir mediku minn professur indipendenti li rrakkomanda li jekk jirċievi t-trattament id-dar, ikun ta’ benefiċċju għall-kundizzjoni tiegħu.

Bartolo ħareġ mill-ħabs għall-ħabta tad-disa’ ta’ filgħaxija wara li l-President ta’ Malta laqgħet ir-rakkomandazzjoni tal-kabinett biex ikun jista’ jinħareġ mill-ħabs. Huwa sab jilqgħuh barra l-faċilità korrettiva ta’ Kordin lill-qrabatu u lit-tfjala tiegħu. B’din id-deċiżjoni, Bartolo se jkun obbligat li jobdi għadd ta’ kundizzjonijiet imposti fuqu fosthom li jiffirma kuljum fl-għassa tal-pulizija.

Minħabba problemi fil-kliewi, Bartolo jrid jingħata trattament kull tlett ijiem. Dan wara li t-trampjant li sarlu fil-kliewi ma rnexxiex.

L-Avukati tiegħu sostnew fil-qorti li l-Għawdxi kien juża l-kannabis biex inaqqas l-uġigħ ikkawżat mill-kundizzjoni fil-kliewi tiegħu. Huma allegaw ukoll li l-ammissjoni tiegħu saret wara sigħat twal ta’ interrogazzjonijiet u li waħda minnhom saret wara trattament ta’ sitt sigħat li ngħata fl-isptar Mater Dei.

 

Ir-responsabbiltajiet tal-Kabinett għal kull Ministru

Bis-saħħa tas-setgħat mogħtija bl-Artikolu 82 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, il-President ta’ Malta, fuq il-parir tal-Prim Ministru, assenjat lill-Ministri responsabbiltà dwar kull xogħol tal-Gvern taMalta, magħduda l-amministrazzjoni tad-Dipartimenti tal-Gvern kif ġej:
Aqra aktar

Il-Prim Ministru jlaqqa’ l-grupp Parlamentari

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qed ilaqqa’ l-grupp Parlamentari tal-Partit Laburista għall-ewwel darba. Kien ftit qabel l-għaxra li l-Prim Ministru Muscat deher dieħel Kastilja wara li kienu daħlu għadd ta’ deputati għal dik li se tkun l-ewwel laqgħa tal-grupp parlamentari tal-gvern f’din il-leġiżlatura.Dan hekk kif fil-ħin li ġej mistenni se jkun qed jitħabbar kif se jkun iffurmat il-Kabinett il-ġdid.

Nistennew ukoll li llum inkunu nafu min se jifforma l-Kabinett il-ġdid wara li fil-bidu tal-ġimgħa l-Prim Ministru qal li jrid jaħtru bejn illum u għada.

Aqra aktar

“Ir-rapport m’għandux jibqa’ fuq l-ixkaffa” – Joseph Muscat lill-Kunsilli Lokali

Il-Prim Ministru talab lilll-Kunsilli Lokali biex  janalizzaw u jwieġbu għar-rapport tal-Awditur Ġenerali, li fih jikkritika l-mod kif jitmexxew il-finanzi tal-istess Kunsilli.

Dan l-appell sar waqt laqgħa tal-Kabinett fil-Mosta, li fiha kompla jisma’ t-tħassib u s-suġġerimenti tar-rappreżentanti tal-lokalitajiet tal-madwar.

Fir-rapport tiegħu dwar il-Kunsilli Lokali, l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jinnota każijiet fejn ix-xiri ma sarx skont ir-regolamenti, fejn l-ispiża attwali eċċediet l-allokazzjoni tal-baġit, u fejn erba’ Kunsilli Lokali naqsu milli jipprovdu l-materjal kollu meħtieġ għall-verifika minn dan l-uffiċċju.

Aqra aktar

Kabinett qrib in-nies

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ippresjeda laqgħa tal-Kabinett tal-Minsitri fil-Mosta. Il-laqgħat tal-Kabinett qed isiru ‘l barra mill-Berġa ta’ Kastilja. Din hija opportunità importanti ħafna fejn is-sindki u numru ta’ Kunsilliera jkunu jistgħu jsemmgħu leħinhom.

Aqra aktar

Ivan Bartolo bl-ewwel daqqa lil Edwin Vassallo

Waqt laqgħa tal-Kabinett tal-Ministri fil-Mosta, Ivan Bartolo, li se jkun Sindku ġdid tal-istess lokalità qal li ma jridx il-parkeġġ propost fil-Pjazza tal-Mosta. Anke jekk il-proġett propost kellu l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali tant li dwaru saret konferenza tal-aħbarijiet. Konferenza li kienet indirizzata mis-Sindku tal-Mosta ta’ dak iż-żmien, illum deputat, Edwin Vassallo.

Dakinhar kien spjegat kif il-Kunsill Lokali tal-Mosta kien ikkonsultat dwar is-sejħa ta’ Projects Malta għall-parkeġġ fiċ-ċentru tal-Mosta u li jekk kemm –il darba kien jinbet xi dubju dwar xi impatt fuq ir-Rotunda l-proġett ma jsirx.

Aqra aktar

Imġienen

Hemm min jgħidlek li l-liġijiet li daħħal dan il-Gvern huma ġennata sħiħa. Ġennata għax il-Gvern qed jintrabat b’mod iebes ħafna li l-operat tiegħu, il-mod kif jaħdem, ikunu ddedati minn sett ta’ regoli li huma impenjattivi.

Ħafna jgħidulek, iva kien hemm għalfejn li ndaħħlu jew biex ikun korrett, noqgħodu niddiskutu l-liġi tal-istandards fost l-oħrajn, wara 25 sena li fihom ma sar xejn? Kif se nitrabbtu b’liġi din it-tip propju aħna f’nofs leġislatura, mank tajna ċans li jintemm il-mandat, imbagħad bħal ma kien jiġri qabel, naraw x’jiġri wara.

Kien hemm bżonn il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti?, u jekk kien hemm verament bżonnha kif ma kienx hemm il-finanzjament mill-istat kif kien ippropona l-PN? Kif daħlet il-liġi tal-whistleblowers u  t-tneħħija tal-preskrizzjoni? Għalfejn qed isir ir-riforma fil-lands? U l-aħħar iżda mhux l-inqas, għalfejn qed niftħu front ieħor mal-forzi konservattivi tal-pajjiż bit-tneħħija tal-vilifikazzjoni tar-reliġjon, liġi li ilha fis-seħħ mill-1933 u d-dikriminilizazzjoni tal-pornografija, għajr dik estrema?

Aqra aktar

Il-Kabinett jiltaqa’, mistennija tkun waħda twila

F’dik li mistennija tkun sessjoni twila ta’ laqgħa tal-Kabinett wara Brexit, Ministri u Segretarji Parlamentari bdew dieħlin Kastilja.

Il-Prim Minsitru Joseph Muscat qal “se nkunu qed nieħdu kull opportunità biex inġibu x-xogħol lejn Malta u m’hemmx dubju li issa iktar minn qatt qabel hemm bżonn li naħdmu id f’id mill-aspett ekonomiku”.

Aqra aktar

Send this to a friend