Notifiki

Lydia Abela żżur bosta nisa fuq il-post tax-xogħol tagħhom

B’rabta mal-ġimgħa li fih ġie mfakkar il-jum internazzjonali għal mara, mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela ltaqgħet ma’ numru ta’ nisa li jaħdmu f’diversi setturi fis-soċjetà.

Fl-ewwel żjara tagħha, mart il-Prim Ministru marret fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ltaqgħet ma’ tliet pumpiera nisa li jaħdmu f’dan id-dipartiment. Il-ħaddiema nisa qalu li ma ħallew ebda sterjotipi jxekklu l-aspirazzjonijiet tagħhom. Hawnhekk, Dr Abela apprezzat il-kuraġġ u determinazzjoni tat-tliet pumpiera nisa li llum għandhom karriera li hija ddominata mill-irġiel.Aqra aktar

Rappreżentanza ugwali tiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi

In-nisa m’għandhomx bżonn lil xi ħadd biex jagħtihom vuċi imma l-ispazju biex jinstemgħu’, qalet il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista Miriam Dalli.

“Ma għandniex bżonn lil xi ħadd li jagħtina vuċi imma l-ispazju għall-opportunitajiet indaqs biex nuru dak li aħna kapaċi nagħmlu,” qalet Dr Dalli waqt li kienet qed tindirizza seminar għal ġurnalisti organizzati mill-Parlament Ewropew biex jimmarka l-Jum Internazzjonali tal-Mara.

Dalli, l-ewwel mara li nħatret editur tal-aħbarijiet għal stazzjon televiżiv Malti, ħeġġet lill-ġurnalisti u lill-opinjonisti biex jiġġieldu narrativi sesswali: Nisa li jaħdmu flimkien jaħdmu aħjar.

Aqra aktar

Bidliet fil-liġi r-rigal tal-Gvern għal Jum il-Mara

Għal Jum il-Mara, il-Gvern ħabbar bidliet fil-liġi li grazzi għal din il-bidla se jkunu qed jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi. Fost il-miżuri, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli waqt konferenza tal-aħbarijiet tkellmet dwar kif koppja miżżewġa se tingħata ċ-ċans li t-taxxa tkun tista’ tinħadem separatament.

Miżura oħra hi li familja se tingħata l-possibiltà li tagħżel il-kunjom tal-familja, it-tielet miżura se tkun qed tħares lejn il-ħlas dovut lill-xhieda u bidla oħra se tkun qed isir fil-liġi tal-prokura.

Dalli tkellmet dwar kif koppja miżżewġa se tingħata ċ-ċans li tiddeċiedi li t-taxxa tagħhom tkun maħduma separatament se jkunu qed jingħataw dan iċ-ċans biex jagħmlu propju dan, billi jingħataw formola tat-taxxa separata.

Aqra aktar

Send this to a friend