jum il-ħelsien – One News

Notifiki

FILMAT: Imfakkar Jum il-Ħelsien

Illum pajjiżna qed ifakkar l-erbgħin anniversarju minn meta is-suldati Ingliżi ħallew artna biex Malta saret tal-Maltin. Kien il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, il-Perit Duminku Mintoff, li wassal għall-ftehim storiku biex Malta ma tibqax bażi militari Ingliża.

Il-maltemp ma kienx qata’ l-qlub tal-ġemgħa numeruża ta’ nies li kienet nġabret biex jaraw il-bandiera Ingliża titniżżel u flokha titla’ dik Maltija.Aqra aktar

Dalgħodu saret iċ-ċerimonja biex tfakkar Jum il-Ħelsien

Għal din is-sena, iċ-ċerimonja uffiċjali li fakkret id-39 anniversarju tal-Ħelsien saret aktar kmieni minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa.

L-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President u l-Prim Ministru qiegħdu bukketti ta’ fjuri fuq il-monument fil-Birgu.

Qabel, il-President ta’ Malta spezzjonat il-gwardja tal-unur u ngħatat is-salut.

Imħabbra l-attivitajiet li jfakkru d-39 anniversarju minn Jum il-Ħelsien

Il-Kumitat Festi Nazzjonali jħabbar dawn l-attivitajiet biex jitfakkar id-39 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien.

Iċ-ċerimonja kommemorattiva se ssir nhar is-Sibt, 24 ta’ Marzu 2018 hekk:

10.30 a.m.       Marċ li jibda minn Triq ix-Xatt ta’ Bormla, f’Bormla li jibqa’ għaddej minn Triq San Lawrenz, il-Birgu sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, il-Birgu

10.45 a.m.       Wasla tal-Banda u l-kontinġent tal-Forzi Armati quddiem il-Monument tal-Ħelsien

10.50 a.m.       Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati

10.53 a.m.       Wasla tal-Kap tal-Oppożizzjoni

10.55 a.m.       Wasla tal-Prim Ministru

11.00 a.m.       Wasla tal-President ta’ Malta

Il-President ta’ Malta tispezzjona l-Gwardja tal-Unur

Il-President ta’ Malta, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jitilgħu fuq il-monument fejn jindaqq l-innu tal-Ħelsien, tindaqq il-Fanfarra u jsir it-tqegħid tal-bukketti

Jindaqq l-Innu Nazzjonali

Imbagħad it-Tnejn,  2 ta’ April 2018 ser ikun hemm wirja mużikali  li tibda b’wirja Mużikali mill-Banda tal-Forzi Armati u mill-Banda tal-Pulizija fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta fl-10.30am.

Ikun imiss ir-regatt nhar is-Sibt, 7 ta’ April 2018 li tibda fil-11.45 a.m fil-Port il-Kbir organizzata mill-Għaqda Regatta Nazzjonali bl-għajnuna ta’ SportMalta. Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji – Frejgatini – Dgħajjes Ċ tal-Pass – Kajjikki – Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u tal-palji tat-tiġrija partikolari. Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni tax-Shield lill-club li jikseb l-akbar għadd ta’ punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija Open u oħra fil-Kategorija Reserves.

Kompetizzjoni awdjoviżiva għal Jum il-Ħelsien

Festivals Malta qed torganizza kompetizzjoni awdjoviżiva bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tad-39 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien. Jum il-Ħelsien hu ċċelebrat fil-31 ta’ Marzu biex ifakkar il-ġurnata li fih il-forzi Brittaniċi telqu minn Malta fl-1979.

Aqra aktar

Forti Sant’ Anġlu illum miftuħ bi prezz imraħħas ta’ €2

  • Nhar il-31 ta’ Marzu, festa pubblika, Forti Sant’Anġlu se jiftaħ għall-pubbliku bi prezz imraħħas ta’ €2 filwaqt li l-ħinijiet tal-ftuħ se jkunu estiżi sakemm tispiċċa r-Regatta fil-Port il-Kbir.

Forti Sant’Anġlu tiddomina l-ponta tal-Birgu kif ukoll il-Port il-Kbir u toffri l-aħjar spazju għad-dilettanti tar-Regatta biex isegwu t-tiġrijiet tradizzjonali tad-dgħajjes Maltin.

Aqra aktar

Send this to a friend