Notifiki

“Investejna fin-negozji wara li għal tant snin huma investew f’pajjiżna” – il-PM

F’intervista mxandra fuq ONE mal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela u maż-żewġ Deputati Mexxejja Chris Fearne u Daniel Micallef, Dr Robert Abela qal li fl-2020 kien meħtieġ li nkomplu ninvestu fin-nies u fin-negozji.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern ma rraġunax li minħabba pandemija, iċ-ċirkostanzi ma kinux jippermettu u għalhekk ma jitqassamx il-ġid.

Saħaq li bil-kontra, dan il-Gvern ried iwieżen iżjed u investa fin-negozji wara li għal tant snin dawn investew tant f’pajjiżna.

Fl-intervista li għalqet jum twil u impenjattiv għall-Mexxej Laburista, Dr Abela saħaq li matul pandemija n-negozji mhux talli ma keċċewx in-nies minn fuq il-post tax-xogħol, talli kien hemm kumpaniji li saħansitra żiedu l-ħaddiema.

Saħaq li dan ma jfissirx li hemm min għaddej minn sfidi u għalhekk hemm Gvern ta’ spalla.

Il-Prim Ministru qal li sa din il-ġimgħa stess, il-Gvern ħabbar miżuri t’għajnuna għan-negozji u biex ikompli jissaħħaħ il-ħaddiem fosthom permezz ta’ tax credits u anki sussidju fil-kontijiet tad-dawl tan-negozji.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar ir-riformi kbar li għamel pajjiżna, partikolarment f’dawn l-aħħar sittax-il xahar.

Hawnhekk semma kif dan il-Gvern qed ilesti l-pajjiż għall-għaxar snin li ġejjin.

Dr Abela semma wkoll il-programm ta’ residenza ta’ pajjiżna, li ġab biljun u nofs ewro lejn pajjiżna u l-Oppożizzjoni wara li kienet ilha tipprova tkisser dan il-programm, bidlet il-pożizzjoni tagħha dwar dan il-programm ta’ ġid għal Malta.

Intant fl-istess intervista, id-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament, Chris Fearne tkellem dwar il-ħaddiema tas-saħħa u l-programm ta’ tilqim ta’ pajjiżna.

Qal li Malta mhiex f’tellieqa kontra pajjiżi oħra iżda kontra l-virus.

Saħaq iżda li min se joħroġ mill-pandemija l-ewwel se jkollu vantaġġi importanti fosthom li jiftaħ l-ekonomija.

Semma kif pajjiżna qed jaħseb biex itellaq dak magħruf bħala ċ-ċertifikat tal-vaċċin li jiffaċilità l-ivvjaġġar b’mod sigur.

Huwa rrikonoxxa wkoll kif l-ħaddiema tas-saħħa ħarġu bl-unuri waqt pandemija u rringrazzjahom ta’ xogħolhom.

Intant id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Partit Daniel Micallef tkellem dwar il-ħidma interna tal-Partit Laburista li baqgħet għaddejja anki waqt l-imxija.

Saħaq li Jum il-Ħaddiem huwa anki jum ta’ riflessjoni għal dak li għaddejna minnu matul pandemija.

Il-Perit Daniel Micallef qal li minkejja l-isfidi, il-ħaddiema u l-familja jirrikonoxxu l-ħidma kbira li twettqet biex pajjiżna baqa’ għaddej.

Fakkar kif f’pajjiżi oħra r-realtà kienet mod ieħor.

F’Jum il-Ħaddiem qal li Gvern Nazzjonalista mhux f’riċessjoni finanzjarja u lanqas f’pandemija globali naqqas il-vaganzi tal-ħaddiema biex skont hu jżid il-kompetittività.

Min-naħa l-oħra, Gvern Laburista dejjem ħadem għal ideal wieħed, dak li joħloq il-ġid, isaħħaħ u fuq kollox jinċentiva lill-ħaddiem.

Il-PM jżur il-Camarata u jgħid li f’pandemija tajna lil kulħadd u ma ħadna lil ħadd

“Kull fejn dort illum madwar Malta u Għawdex sibt Maltin u Għawdxin determinati li jerġgħu jaqbdu t-triq ta’ normalità.”

Hekk qal il-Prim Ministru fil-bidu ta’ indirizz qasir meta żar iż-żona residenzjali tal-Camarata fil-Belt, f’Jum il-Ħaddiem.Aqra aktar

Il-PM u s-Sinjura Lydia Abela jżuru lill-ħaddiema tal-isptar Mater Dei

19:15 – Il-Prim Ministru Robert Abela u s-Sinjura Lydia Abela żaru lill-ħaddiema tal-isptar Mater Dei. Huma qattgħu ftit tal-ħin magħhom, filwaqt li rringrazzjaw tad-dedikazzjoni u l-ħidma li jwettqu, bil-għan li tkun imħarrsa saħħet il-poplu Malti kollu.

18:00 – Lura Malta, il-Prim Ministru Robert Abela waqaf jitkellem mal-ħaddiema tar-ristorant ‘Il-Pirata’. Dan hekk kif fil-jiem li ġejjin ir-ristoranti se jkunu qed jerġgħu jiftħu l-bibien, wara r-rilaxx tal-miżuri b’rabta mal-imxija.

17:00 – Aktar tard il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela flimkien mad-Deputat Mexxej għall-Partit, tal-Partit Laburista Daniel Micallef żaru lill-bidwi Fritz Tabone. Miegħu ddiskutew is-settur tal-Agrikoltura, kif ukoll l-prodott agrikolu Għawdxi.

16:15 – Waqt li kien qiegħed jiltaqa’ mal-ħaddiema u l-familji Għawdxin, il-Prim Ministru Robert Abela ħa sehem ukoll f’laqgħa virtwali ta’ grupp tal-iscouts. Huwa qal għall-volontiera m’hemmx festi.u saħaq li s-sehem tagħhom lejn is-soċjetà huwa importanti daqs kull xogħol ieħor.

Il-Prim Ministru Robert Abela kien akkumpanjat mid-Deputat Mexxej għall-Partit, tal-Partit Laburista Daniel Micallef.

14:20 – F’Jum il-Ħaddiem il-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista żar ukoll bosta ħaddiema fil-gżira Għawdxija.

Huwa sostna li fil-gżira Għawdxija l-Gvern irid joħloq l-istess opportunijiet bħalma joħloq f’Malta. Semma l-Gvern ġa ħa deċiżjonijiet biex dan isir u tenna fil-futur ħa jkompli jieħu aktar deċiżjonijiet bħal dawn.

13:30 – Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-ħaddiema tal-kumpanija Maypole li tipprouċi ħobż frisk, fost prodotti oħra.

Dr Abela qal li llum il-Gvern irid irodd ħajr lill-ħaddiema li tul l-aħħar 15-il xahar baqgħu għaddejjin minkejja ċirkostanzi ta’ pandemija.

12:00 F’Jum il-ħaddiem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela żar ukoll il-ħaddiema tal-fabbrika Baxter li tipproduċi bosta prodotti li jintużaw fl-isptarijiet. Huwa tkellem mal-ħaddiema fuq il-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti u kif dawn huma siewja fil-qasam tas-Saħħa.

10:50 – Il-Prim Ministru Robert Abela mar iżur lill-ħaddiema tal-WasteServ, fejn hemmhekk ra lill-ħaddiema jisseparaw l-iskart. Il-Gvern qed jaħdem fuq il-proġett ‘Waste to Energy’ bil-għan li jkun ikun immaniġġjat l-iskart f’pajjiżna u dan ikun jista’ jerġa’ jintuża bħala riżorsa.

10:30 – Il-Prim Ministru Robert Abela żar il-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Dwana f’Jum il-Ħaddiem.

Hemmhekk huwa ra r-reqqa li biha jaħdmu l-ħaddiema biex anki tkun miġġielda l-kriminalità.

Aktar qabel – Hekk kif illum qed jiġi ċċelebrat Jum il-Ħaddiem, il-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela, beda dan il-jum billi mar iżur il-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul.

Il-Prim Ministru ltaqa’ mal-ħaddiema li jagħtu servizz impekkabbli lill-anzjani u tkellem magħhom fuq l-esperjenza tagħhom fuq il-post tax-xogħol.

Il-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul kienu fost dawk il-ħaddiema li f’pandemija baqgħu jieħdu ħsieb u jagħtu kura u wens lill-anzjani.

F’San Vinċenz de Paul, il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-President tal-Partit Laburista Dr Ramona Attard u l-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz de Paul Dr Josianne Cutajar.

Intant il-Prim Ministru se jkun qed iżur iżjed ħaddiema madwar il-pajjiż f’dan il-jum fejn il-Gvern qed jisħaq fuq politika li tkompli ssaħħaħ lill-ħaddiem.

Aqra wkoll:

“Xogħolna huwa li nkomplu nsaħħu lill-ħaddiema u n-negozji” – Il-PM

Titnieda kampanja li turi l-ħidma imprezzabbli tal-ħaddiema tal-Wasteserv

Il-Wasteserv nediet kampanja ta’ għarfien, li turi x-xogħol li jagħmlu l-ħaddiema ta’ din l-aġenzija.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia, li faħħar ix-xogħol siewi tal-ħaddiema tal-Wasteserv.

Semma kif waqt il-pandemija, il-ħaddiema tal-Wasteserv komplew bil-ħidma tagħhom b’mod normali, minħabba li s-servizz li jagħtu huwa wieħed essenzjali.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Richard Bilocca qal kif din il-kumpanija waqqfet sezzjoni ġdida biex toffri appoġġ lill-ħaddiema li jkunu għaddejjin minn sfidi relatati max-xogħol.

Qal li l-kumpanija temmen dwar l-importanza ta’ dawn il-ħaddiema, biex pajjiżna jkompli jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu fil-qasam tar-riċiklaġġ.

“Kull ħaddiem għandu valur” – Il-PM

Kull ħaddiem għandu valur, u aħna qegħdin fil-politika biex intejbu l-ħajja tal-ħaddiema kollha.

Kliem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, f’intervista f’Jum il-Ħaddiem, flimkien ma’ martu Lydia u binthom Giorgia Mae. Aqra aktar

Ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem fil-BELT VALLETTA

Il-Prim Ministru Joseph Muscat temm id-diskors tiegħu f’Marsaxlokk bl-aħbar li ċ-ċelebrazzjonijiet tal-1 ta’ Mejju, jiġifieri Jum il-Ħaddiem se jsiru l-Belt Valletta. Din hija aħbar li niżlet għasel man-nies hekk kif il-festa ta’ Jum il-Ħaddiem tfakkar is-sagrifiċċju u l-bżulija tal-ħaddiem Malti tul sena sħiħa.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħeġġeġ lil dawk preżenti u dawk kollha li jemmnu fl-importanza tal-ħaddiem biex nhar it-Tnejn l-1 ta’ Mejju jingħaqdu maċ-ċelebrazzjonijiet li ser ikun qed jorganizza l-Partit Laburista biex jagħti ġieħ lill-ħaddiema kollha.

Kollox lest għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Ħaddiem

Fil-pjazza li tilqa’ fiha l-monument ta’ Manwel Dimech, wieħed mill-ewwel protagonisti fil-ġlieda għad-drittijiet tal-ħaddiem Malti,  illum se jingħaqdu eluf ta’ ħaddiema biex jiċċelebraw dak miksub fl-aħħar tliet snin.

Drittijiet ġodda u iktar opportunitajiet f’Malta li qed tinbidel taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat.

Aqra aktar

Send this to a friend