julia farrugia portelli – One News

Notifiki

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli enfasizzat l-importanza tal-protokolli li għandhom jimxu magħhom l-istabbilimenti

Fit-tieni Laqgħa Virtwali Ministerjali tal-Presidenza Kroata tal-Unjoni Ewropea, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli esprimiet il-pożizzjoni ta’ Malta fuq it-turiżmu dwar il-bżonn li jkun hemm protokolli ċari kif qed isir f’pajjiżna fuq numru ta’ stabbilimenti. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Impressjonati b’pajjiżna tant li ttripplikaw il-jiem ta’ filming f’Malta

Oriġinarjament is-serje televiżiva Ġermaniża-Belġjana, The Window, kellha tinġibed f’ħamest ijiem, iżda t-tim tal-produzzjoni ddeċieda li jespandi dan il-perjodu għal ħmistax.

Dan wara li skoprew għadd ta’ postijiet madwar Malta li huma tajbin biex jintużaw għas-serje televiżica tagħhom.

“When we were preparing The Window we were looking for a location within Europe that had an exotic flair and we came to Malta and yes Malta just made it to the top of the list. We have been given great support from the Malta Film Commission, we have found great locations and we have very great dedicated crew so I thin we definitely made the right choice to shoot part of The Window in Malta.”

Aqra aktar

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli tiltaqa’ mal-ħaddiema tal-ITS

Fi żjara li l-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli għamlet fl-Istitut tal-Istudji għat-Turiżmu, l-ITS, hija faħħret ix-xogħol kollu li qed jagħmel dan l-istitut sabiex iħarreġ lil dawk l-istudenti li għada pitgħada se jkunu qed jaħdmu fi ħdan l-industrija tat-turiżmu u tal-ospitalità.Aqra aktar

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli żżur il-kumpanija li topera il-cruise liner terminal f’Malta

L-industrija tal-cruise liners f’pajjiżna kulma jmur qed tkompli dejjem tikber, u hu mistenni li sal-aħħar ta’ din is-sena din l-industrija tattira mad-900,000 passiġġier. Dan ġie spjegat mill-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Valletta Cruise Port Stephen Xuereb, waqt żjara li l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli għamlet lill-management ta’ din il-kumpanija. Aqra aktar

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli tindirizza numru ta’ stakeholders fit-turiżmu fl-okkażjoni tal-wasla ta’ 7 miljun passiġġier f’Malta

Ftit sigħat biss wara li ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala Ministru għat-Turiżmu, il-Ministru Julia Farrugia Portelli attendiet għal attività organizzata mill-kumpanija li topera l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-MIA, u li għaliha kienu preżenti numru ta’ stakeholders ewlenin fil-qasam turistiku. Aqra aktar

ARA: Anki l-‘pimps’ qed jgħidu tagħhom dwar it-traffikar tal-bnedmin

Meta t-Tlieta filgħaxija fuq dan l-istazzjon kienet diskussa l-prostituzzjoni, il-gentleman’s clubs u t-traffikar uman fuq il-programm ġdid Stat ta’ Fatt, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mir-riformi Julia Farrugia Portelli qalet li waqt il-konsultazzjoni pubblika li għaddejja sal-aħħar ta’ dan ix-xahar dwar riformi f’dawn l-kwistjonijiet, saħansitra anki min iġib in-nisa biex jagħmlu l-pjaċiri resqu ‘l quddiem. Aqra aktar

Send this to a friend