jott – One News

Turisti ċkejknin u sufin abbord jott ta’ £100 miljun f’pajjiżna

Sir Philip Green huwa negozjant Ingliż u sid l-Arcadia Group, kumpanija li tinkludi ditti bħal Topshop, Topman, Wallis, Evans, Burton, Miss Selfridge, Dorothy Perkins, Outfit u fil-passat BHS.

Mart dan il-ġgant finanzjarju ntlemħet hawn Malta, abbord superjott ġdid li jiswa £100 miljun u li jismu Lionheart. Tina tidher f’ritratt tiela fuq il-yacht, li huwa t-tielet wieħed tal-koppja. Huwa għoli erba’ sulari u għandu l-istess tul ta’ grawnd tal-football. Fuqu jistgħu jorqdu 40 persuna. Dam erba’ snin biex inbena għal gosti ta’ Lady Tina Green u fuqu hemm pixxina, helipad, tliet liftijiet, ħanut tas-sbuħija, zona għal BBQ u flotta sħiħa ta’ jet-skis.

Aqra aktar

Fl-ibħra Maltin hawn qarnita ta’ min jiswa $17.5 BILJUN

Il-qarnita li qed nitkellmu dwarha mhix tad-demm u l-laħam, imma swiet madwar $200 miljun biex tinbena.

Qed nirreferu għall-jott “Octopus” ta’ wieħed mill-imħuħ wara Microsoft, Paul Allen. Jott li fuqu hemm pixxina, żewġ ħelikopters, sala taċ-ċinema, zona fejn tilgħab il-basketball, recording studio u akkomodazzjoni għal 26 ruh f’41 kamra differenti.  Fir-recording studio ħadmu artisti kbar bħal Mick Jagger.

Il-jott intlemħet fil-bajja tal-Mellieħa.

Aqra aktar

Send this to a friend