Joseph Muscat – Page 78 – One News

Notifiki

Ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem fil-BELT VALLETTA

Il-Prim Ministru Joseph Muscat temm id-diskors tiegħu f’Marsaxlokk bl-aħbar li ċ-ċelebrazzjonijiet tal-1 ta’ Mejju, jiġifieri Jum il-Ħaddiem se jsiru l-Belt Valletta. Din hija aħbar li niżlet għasel man-nies hekk kif il-festa ta’ Jum il-Ħaddiem tfakkar is-sagrifiċċju u l-bżulija tal-ħaddiem Malti tul sena sħiħa.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħeġġeġ lil dawk preżenti u dawk kollha li jemmnu fl-importanza tal-ħaddiem biex nhar it-Tnejn l-1 ta’ Mejju jingħaqdu maċ-ċelebrazzjonijiet li ser ikun qed jorganizza l-Partit Laburista biex jagħti ġieħ lill-ħaddiema kollha.

“STABILITÀ u KREDIBILITÀ” – JM

F’Marsaxlokk, il-Prim Ministru qal li r-riżultati qedin hemm biex kulħadd jarahom, imisshom, u jħosshom bil-bwiet tiegħu fil-livell tal-għixien tal-familji.

Joseph Muscat qal li t-tliet mistoqsijiet li jistaqsi kull persuna illum għandhom tweġibiet ċari aktar minn qatt qabel:

  • Illum qed ngħix aħjar milli kont ngħix fil-bidu tal-leġiżlatura?
  • Pajjiżna llum qiegħed aħjar milli kien fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura?
  • Pajjiżna, jekk jibqa dan il-Gvern għal leġiżlatura oħra, ħa jkun aħjar?

It-tweġibiet kollha  huma ‘iva’, għaliex huwa tim wieħed magħqud.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru se jfakkar il-memorja ta’ Manwel Dimech

L-identità iċċelebrata madwar Manwel Dimech hija t-tema ewlenija ta’ kommemorazzjoni li se ssir l-għada tal-Għid, it-Tnejn, 17 t’April, 2017 f’Misraħ Kastilja fis-6pm.

Din id-data tfakkar is-96 anniversarju mill-mewt ta’ Dimech. It-tifkira ta’ din is-sena se tiftaħ l-aħħar ftit snin li jwasslu għall-ewwel ċentinarju mill-mewt tiegħu, fl-2021.

Aqra aktar

“Gidba assoluta” – il-Prim Ministru dwar rapport tan-NET

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, iddeskriva bħala gidba assoluta dak li ġie rrapportat minn Net News fl-aħħar sigħat.

Net News irrapporta li kien hemm laqgħa tal-Kabinett taħraq fil-Berġa ta’ Kastilja b’rabta mal-inkjesta dwar allegat indħil politiku f’każ ta’ traffikar ta’ droga. “Mhux l-ewwel darba minn Net News,” qal il-Prim Ministru bi tbissima.

Aqra aktar

MHRA: Surplus riżultat ta’ Muscatonomics

L-Assoċjazzjoni Maltija għar-ristoranti u l-lukandiera esprimiet sodisfazzjon għall-aħbar li pajjiżna għandu surplus wara numru ta’ deċennji.  Fi stqarrija ntqal li ilhom snin jgħidu lill-gvernijiet dwar il-ħtieġa li pajjiżna jkollu surplus.Aqra aktar

L-ewwel surplus f’ġenerazzjoni sħiħa, l-impossibli għamilnih realtà – JM

L-ewwel Surplus f’ ġenerazzjoni sħiħa

L-impossibli għamilnih realtá, irnexxilna niksbu surplus mingħajr ma kellna għalfejn niċċaħdu milli nagħtu l-għajnuna soċjali meħtieġa lill-oqsma kollha tas-soċjetá, mit-tfal sal-penzjonanti. Dan qalu l-Prim Ministru fl-ewwel diskors politiku wara li pajjiżna irreġistra dak deskritt bħala ‘miraklu ekonomiku’ u cioe is-surplus li rreġistra pajjiżna għall-ewwel darba f’ ġenerazzjoni sħiħa.

Aqra aktar

Send this to a friend