Joseph Muscat – Page 77 – One News

Notifiki

Joseph Muscat u Miriam Dalli bl-istess messaġġ

Mhux id-daqs tal-pajjiż li jgħodd, imma s-saħħa tal-ideat tiegħu. Irridu li l-Ewropa toħroġ mill-comfort zone tagħha, biex tilħaq suċċessi ġodda.

Dan qalu  l-Prim Ministru Joseph Muscat f’attività organizzata mill-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli bit-tema “The Role of the Maltese Presidency in the Future of the EU”.

Il-Prim Ministru sostna li huwa ottimist għall-futur tal-Unjoni Ewropea, hekk kif il-kisbiet għaċ-ċittadini Ewropej qed jinkisbu – bħat-tnehhija tat-tariffi tar-roaming fost ohrajn. Dawn, spjega Joseph Muscat, huma kwistjonijiet li jmissu direttament liċ-ċittadini Ewropej, li ħafna drabi jħossuhom maqtugħin mill-Unjoni Ewropea. Tenna però li fadal ħafna xi jsir.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jistenna apoloġija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li qed jistenna apoloġija, wara li organu tal-Partit Nazzjonalista uża ritratt ta’ wliedu biex jattakkawh politikament. Joseph Muscat qal dan meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara  konferenza organizzata mill-MEP Miriam Dalli dwar il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.

Għal darb’oħra l-Prim Ministru Joseph Muscat tenna li la hu, la martu u lanqas uliedu m’għandhom xi kumpanija sigrieta barra minn xtutna. Tenna li hu u familtu għandhom kollox f’pajjiżna, u kollox huwa ddikjarat.

Aqra aktar

Il-PM jiċħad qlajjiet u jappella għall-kalma

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ċaħad qlajjiet li beda jdawwar il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar jiem u tenna li la hu u lanqas ħadd mill-familja tiegħu m’għandhom kontijiet sigrieti barra minn Malta. Però appella li quddiem dawn il-qlajjiet wieħed għandu jżomm il-kalma.

“Għamilt żball li ħallejt min jipprova jivvinta qlajjiet u domt wisq ma ċħadthom. Bdew jivvintaw li għandi kumpanija sigrietà,” qal il-Prim Ministru li tenna kif fl-aħħar snin naqas meta ma kienx qawwi quddiem qlajjiet fil-konfront tiegħu.

“Issa bdiet il-qlajja li l-mara tiegħi jew xi membru tal-familja tiegħi għandhom xi kont. Niġi hawn quddiemkom għax la jien la marti u la ħadd mill-familja tagħhna m’għandu kumpanija, la kont u lanqas ħaġa u oħra li mhumiex iddikjarati,” qal Joseph Muscat.

Aqra aktar

Relazzjonijiet mill-qrib bejn Malta u l-Ażerbajġan

Malta tħares ’il quddiem li jkun hemm relazzjonijiet ġodda mal-Ażerbajġan -minkejja l-kritika li ssir lill-Gvern Malti f’dan ir-rigward.

Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat it-Tnejn filgħaxija f’laqgħa mal-Ministru għall-affarijiet barranin tal-Azerbaijan Elmar Mammadyarov.

Aqra aktar

JONQSU KWAŻI BIN-NOFS IL-PERSUNI FUQ IL-BENEFIĊĊJI SOĊJALI

Il-Ministru Michael Farrugia llum ħabbar aktar tnaqqis ta’ nies minn fuq il-benefiċċji soċjali.

Dan ifisser illi il-politika ta’ making work pay li qed iħaddan dan il-Gvern qed taħdem u tħalli ir-riżultati mixtieqa.

Il-Ministru semma informazzjoni li nġabret mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tul Marzu ta’ din is-sena. L-informazzjoni tkopri l-aħħar erba’ snin.

In-numru ta’ persuni fuq l-assistenza soċjali sal-31 ta’ Diċembru 2012 kien 17,727,  u 5,762 minnhom kienu jirċievu il-benefiċċju tal-qgħad.

Dan in-numru naqas għal 9,250 sal-11 ta’ Marzu 2017, fejn 1,210 minnhom jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad.

Dan iffisser illi mill-ewwel ta’ Jannar 2013 u l-11 ta’ Marzu 2017 (xahar ilu) kien hemm tnaqqis ta’ 8,477 persuna minn fuq l-assistenza soċjali.

Dan ifisser tnaqqis ta’ 47.8%, kważi bin-nofs.

Aqra aktar

Delivering Firsts

Mhix l-ewwel darba li semmejna miżuri li ttieħdu fl-aħħar erba’ snin u li mmarkajniehom għaliex spikkaw bħala tal-ewwel. Miżuri li f’pajjiżna saru għall-ewwel darba u f’ċerti każi poġġewna fost tal-ewwel fl-Ewropa. Dawn it-tip ta’ inizjattivi donnhom ma jieqfu xejn.

Għalhekk tassew kien għaqli l-messaġġ tal-Gvern fl-aħħar jiem meta f’konferenza tal- aħbarijiet wara oħra, deher l-islowgan Delivering Firsts.

Is-sabiħ hu li dan hu iktar minn slowgan u għalkemm dawk imħabbra fl-aħħar jiem forsi ma jiġbdux l-għajn bħall-miżuri l-kbar bħaċ-child care b’xejn u r-roħs l-kontijiet tal- enerġija, ilkoll kienu aħbarijiet pożittivi.

Pożittivi għax jagħmlu differenza l-ħajja tan-nies. Pożittivi għax ifissru xi ħaġa konkreta għal dawk li għada filgħodu, jew saħansitra llum, ikunu ħarġu mid-dar biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom.

Aqra aktar

UNJONI ĊIVILI: TLIET SNIN TA’ EŻEMPJU GĦAL PAJJIŻI OĦRA

Bħal lum tliet snin ġie approvat it-tielet qari ta’ liġi li bidlet il-ħajja ta’ bosta nies – il-liġi tal-Unjoni Ċivili.

Dwar dan one.com.mt tkellem ma’ Cyrus Engerer li kien wieħed mill-attivisti li stinka ħafna biex din il-liġi tidħol fis-seħħ. Huwa stqarr magħna li permezz tal-liġijiet li daħħal il-Gvern fl-aħħar erba’ snin irnexxielna nneħħu ħafna mill-istigma li kienet teżisti fil-konfront tal-komunità LGBTIQ.

Aqra aktar

FILMAT: Il-kummenti tal-Prim Ministru wara laqgħa f’Madrid

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħa sehem fis-Summit tal-Pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa fejn intlaħaq ftehim dwar il-linji li se jiġu adottati dwar Brexit meta jiltaqgħu l-kapijiet kollha tal-istati Ewropej fi Brussell fl-aħħar tax-xahar.

Fil-bidu tal-laqgħa l-Prim Ministru għamel preżentazzjoni dwar il-progress tal-Presidenza Maltija u dwar is-sitwazzjoni tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari dwar il-linji gwida li ġew preżentati f’Malta dwar Brexit. Hu sostna dwar kemm hu importanti li jkun hemm għaqda bejn is-27 membru stat, u li l-ftehim ikun ġust filwaqt li jħares l-interessi taċ-ċittadini Ewropej.

Aqra aktar

Ftehim ‘tan-nofsinhar’ dwar BREXIT

Seba’ Prim Ministri tal-pajjiżi tan-nofsinhar tal-Ewropa fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqgħu f’ Madrid f’Summit ta’nofstanhar biex jiddiskutu l-futur tal-Unjoni Ewropea fid-dawl ta’ Brexit u n-negozjati li għadhom iridu jsiru mar-Renju Unit.

Aqra aktar

Send this to a friend