Joseph Muscat – Page 76 – One News

Notifiki

LIVE: XANDIRA SPEĊJALI FUQ ONE

ONE HD u ONE RADIO qed ixandar xandira speċjali b’rabta mal-aħħar żviluppi fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat ċaħad bl-aktar mod kategoriku dak li ġie allegat fl-aħħar sigħat minn Daphne Caruana Galizia u l-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Prim Ministru jirreaġixxi għal din l-allegazzjoni: 

MUSCAT: “GIDBA BĦAL DIN MA NISTAX INĦALLIHA GĦADDEJJA”

  • IL-PRIM MINISTRU U MICHELLE MUSCAT SE JIFTĦU LIBELL FIL-KONFRONT TA’ DAPHNE CARUANA GALIZIA

Il-Prim Minsitru Joseph Muscat ċaħad bl-aktar mod kategoriku dak li ġie allegat fl-aħħar sigħat minn Daphne Caruana Galizia u l-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista. Qal li hu u martu, meta daħlu għall-ħajja politika, għamlu l-inqas ammont possibbli ta’ libelli. Kemm ilu fil-ħajja pubblika għamel biss libell wieħed.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru b’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja

Fil-ħin li ġej il-Prim Ministru, Joseph  Muscat, se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja.

Fl-aħħar ħinijiet Daphne Caruana Galizia u l-midja tal-Partit Nazzjonalista bdew ixerrdu l-qlajja li l-kumpanija Egrant, li hija shelf company ta’ Brian Tonna ta’ Nexia Bt, hija ta’ mart il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Meta nhar it-Tlieta kien qed jindirizza l-konferenza ġenerali annwali tal-Partit Laburista l-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara hekk.

Aqra aktar

Il-PM: Min jallega għandu juri l-provi

Il-Prim Ministru qal li min jagħmel l-allegazzjonijiet mingħajr ma jipprovahom għandu jinżamm kontabbli. Meta mistoqsi dwar l-aħħar allegazzjonijiet ta’ Daphne Caruana Galizia, li dwarhom diġà infetħu kawżi ta’ libell, il-Prim Ministru qal li dak li qed tgħid Caruana Galizia huwa “totalment falz.”

Aqra aktar

Iffirmat l-ikbar ftehim kollettiv; 30,000 ħaddiem se jgawdu minn żieda fil-pagi

Ġie ffirmat il-ħames Ftehim Kollettiv tas-Servizz Pubbliku. Dan il-ftehim se jkun qed jaffettwa madwar 30,000 impjegat u se jkun qed jiswa €17-il miljun fl-2017, liema żieda titla’ għal €20.5 miljun fl-2024. Dan jinkludi kemm żidiet l-pagi u żieda f’xi allowances.

Din hija l-ewwel darba li l-ftehim se jkopri perjodu ta’ 8 snin. Dan jassigura iktar stabilità filwaqt li l-Amministrazzjoni Pubblika tkun tista’ tkompli twettaq il-bidliet meħtieġa, tinvesti n-nies u toffri servizz ta’ kwalità.

Aqra aktar

KASTILJA ISSA: Il-Prim Ministru f’avveniment importanti

Il-Prim Ministru qiegħed jindirizza konferenza f’Kastilja fil-preżenza tal-ikbar unions tal-pajjiż u dawk li jirrappreżentaw ħaddiema f’oqsma importanti bħas-saħħa u l-edukazzjoni. Matula mistennija jingħataw dettalji dwar ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tas-settur pubbliku. Ftehim li ilu jiġi negozjat.

Aqra aktar

L-innovazzjoni hija t-triq ‘il quddiem għall-ekonomija Maltija – JM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu indirizza konferenza nazzjonali dwar żoni ġodda ta’ tkabbir ekonomiku.

Stqarr li l-ekonomija Maltija sejra tajjeb, iżda dan huwa fatt li wieħed ma jistax jieħdu ‘for granted’ u li huwa riżultat ta’ ħaddiema u stakeholders li kienu innovattivi u għamlu l-aħjar li jistgħu biex jiżguraw is-suċċess tal-pajjiż.

Aqra aktar

It-tielet jum tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista: diskuss is-suq tal-kera

  • Il-Gvern mhux biss huwa konxju bl-isfida tas-suq tal-kera iżda s-soluzzjonijiet li se joħroġ bihom mhux se jkunu soluzzjonijiet ta’ issa biss 

Il-Gvern mhux biss huwa konxju bl-isfida tas-suq tal-kera iżda s-soluzzjonijiet li se joħroġ bihom mhux se jkunu soluzzjonijiet ta’ issa biss.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza l-Konferenza Nazzjonali dwar is-Suq tal-Kera fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun bħala parti mill-Konferenza Ġenerali Annwali 2017.

Il-Prim Ministru saħaq li hemm bżonn ta’ aktar fiduċja bejn iż-żewġ partijiet, il-kerrej u min jikri u għal dan il-għan hemm bżonn l-intervent tal-Gvern mhux biss jikkmanda l-prezzijiet iżda biex joħloq l-aħjar qafas possibli. Dr Muscat stqarr li l-fatt li qed niddiskutu din il-kwistjoni meta setgħet isir konferenza dwar ix-xogħol u fuq il-figuri ekonomiċi li huma pożittivi mmens, il-Partit Laburista ħass li għandha ssir din il-konferenza fuq din l-isfida li għad iridu naħdmu aktar dwarha. Dwar din l-isfida ssokta jgħid Joseph Muscat qed ikunu mwieżna l-ideat u se jkunu proposti s-soluzzjonijiet. Il-politiċi m’għandhomx jinjoraw problemi ta’ sezzjoni tan-nies sempliċiment għax huma sezzjoni ta’ nies biss saħaq il-Mexxej tal-Partit Laburista.

Aqra aktar

Busuttil issa spiċċa jitlob informazzjoni dwar Egrant

Wara sena ta’ allegazzjonijiet il-Kap tal-Oppożizzjoni issa qed jitlob għal informazzjoni dwar il-kumpanija Egrant.

F’kummenti lill-midja dalgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li hu jagħti protezzjoni lil kull min jagħti xi informazzjoni.

Mistoqsi jekk ux konvint li Egrant hi tal-Prim Ministru, Simon Busuttil qal li l-iktar ħaġa importanti hi li kull min għandu informazzjoni jgħaddiha.

Aqra aktar

Send this to a friend