Joseph Muscat – Page 2 – One News

Notifiki

DIRETT: Eluf jinġabru għall-aħħar diskors ta’ Joseph Muscat

Eluf ta’ persuni inġabru fiċ-Ċentru Sportiv ta’ Raħal Ġdid sabiex jassistu għall-aħħar diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat bħala Mexxej tal-Partit Laburista.

Fil-fatt iċ-ċentru kien ilu jimtela ftit ftit minn wara l-ħamsa ta’ waranofsinhar biex issa kulħadd qiegħed jistenna bil-ħerqa it-tislima ta’ Dr Muscat.

It-toroq tal-madwar kienu mimlija b’persuni li kienu qegħdin jaslu fiċ-ċentru.

Sehem ikbar għall-mara fis-soċjetà


Matul is-snin tal-Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat l-emanċipazzjoni tan-nisa fis-soċjetà Maltija kompliet tiżviluppa. Ħarsa f’diversi oqsma tindika li f’seba’ snin, il-qagħda tan-nisa tjiebet ferm. Aqra aktar

Futur b’saħħtu għall-Partit Laburista u l-pajjiż

Mistoqsi dwar il-ġejjieni f’mument fejn il-Partit Laburista qed jaħtar Mexxej ġdid, Joseph Muscat qal: “Jien konvint li fi żmien li ġej il-Partit Laburista se jkun qed jissaħħaħ u Malta se tkun għaddejja u miexja ‘l quddiem. Għandi din il-konvinzjoni kemm għax naf il-programm li ġejna eletti fuqu bħala pajjiż… u t-tieni nett għax naf kemm lil Chris Fearne u lil Robert Abela. Naf li dawn huma żewġ persuni li jafu jmexxu ‘l pajjiż ‘il quddiem.”  Aqra aktar

Send this to a friend