Joseph Muscat – Page 108 – One News

Notifiki

Busuttil ma jnaqqas xejn mid-distakk ma’ Muscat

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, reġa’ ma rnexxielu jnaqqas xejn mid-distakk ta’ fiduċja li għandu mal-Prim Ministru Joseph Muscat. L-aħħar ‘trust barometer’ kien ippubblikat dalgħodu wara ġimgħat fejn il-Prim Ministru saħansitra ffaċja mozzjoni ta’ ċensura fil-konfront tiegħu u kampanja qalila mill-midja tal-Partit Nazzjonalista u alleati oħra tal-istess partit.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru fuq bastimenti tas-salvataġġ

Il-Prim Ministru Joseph Muscat żar il-bastimenti tas-salvataġġ tal-MOAS, il-Phoenix u Topaz Responder.

Dawn se jkunu qed joperaw fil-Mediterrawn u jbaħħru fis-sitta ta’ Ġunju. Kelliema mill-MOAS qalu li qed jistennew staġun bieżel daqs, u forsi aktar, minn tas-sajf li għadda. Dan anke fid-dawl tat-traġedja ta’ din il-ġimgħa, fejn dgħajsa bl-immigranti inqalbet u ntilfu l-ħajjiet.

Aqra aktar

Il-Gvern se jappella s-sentenza… jikkummenta l-Prim Ministru

Fi stqarrija l-Gvern qal li ħa nota tas-sentenza mogħtija llum mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili dwar in-numru ta’ siġġijiet li għandha jkollha l-Oppożizzjoni wara r-riżultat tal-aħħar elezzjoni ġenerali li saret taħt amministrazzjoni preċedenti. Fi stqarrija ntqal li “ll-Gvern ma jaqbilx ma’ din is-sentenza, anke għal raġunijiet kostituzzjonali, u għalhekk se jkun qed jappella.” Aqra aktar

Is-solidarjetà mhix ‘a la carte’ – Joseph Muscat

Ir-reġjuni qrib pajjiżna ilhom mifnija bi kriżijiet u Malta kommessa li tkompli tippromwovi sforzi kollettivi fejn tidħol il-migrazzjoni. L-ammont ta’ nies li qed jitilfu ħajjithom fi triqthom lejn ħajja aħjar għandu jfakkar lill-komunità internazzjonali fil-bżonn li tiġi ndirizzata l-kawża tal-problema.

Aqra aktar

David Cameron ‘maħruq’ għalina

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron ma tantx hu kuntent b’Malta bħalissa. Dan għax wara li pajjiżu ilu erba’ snin jiġi l-ewwel f’dik li hi lista ta’ drittijiet għall-persuni LGBTIQ ippubblikata minn ILGA Europe, din is-sena r-Renju Unit waqa’ fit-tielet post. U post ir-Renju Unit ħaditu proprju Malta. F’taħdita fl-uffiċċju tiegħu, magħruf aħjar bħala No 10, Cameron qal: “Irrid dak l-ewwel post mill-ġdid.”

Aqra aktar

Muscat jikkonferma li beda l-proċess li jneħħi l-HFO

“Beda il-proċess li permezz tiegħu il-power station tal-BWSC naqtawlha ż-żejt u nibdew inħaddmuha bil-gass” Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt attività politika f’Ħaż-Żabbar.

Qal li fix-xhur li ġejjin se jidħol it-tanker li se jintuża għall-ewwel fażi tal-proġgett tal-qalba minn Heavy Fuel Oil għall-gass.  Barra minn hekk diġa’ beda l-proċess biex fi ftit snin jibda jintuża pipeline tal-gass li jgħaqqad lil Malta mal-kumplament tal-Ewropa: ħaġa li setgħet saret snin ilu imma li se jkun dan il-Gvern li se jagħmilha.

Aqra aktar

“Jien konsistenti, Busuttil le” – il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat reġa’ ta l-ħin lill-ġurnalisti jirrepetu l-istess mistoqsijiet tal-aħħar ġimgħat. Bid-differenza li kien qed jagħmel dan l-għada li ġie minn summit kontra l-korruzzjoni f’Londra.

Staqsewh jekk jaqbilx ma’ min qal li jkun fil-ħażin min ma jieħux azzjonijiet dwar Panama Papers u t-tweġiba tiegħu kienet ċara: “Jien naqbel. Għalhekk jien ħadt deċiżjonijiet serji li gvernijiet ta’ qabel ma’ ħaduhomx. Saħansitra neħħejt portfolio ta’ ministru u rriżenja minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.”

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jiffaċja r-realtà f’Londra

Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat qiegħed Londra biex għada jieħu sehem f’konferenza dwar il-koruzzjoni.

Konferenza li qiegħda ssir fl-isfond tal-Panama Papers u li Muscat stqarr li qed jattendi għaliha għaliex wieħed irid jiffaċja r- realtà u jitkellem dwar x’għandu jsir.

Aqra aktar

Bejn li tamministra u timmaniġja

Kemm ħareġ id-distinzjoni ċara il-Prim Ministru fil-Qredni, bejn li “tamministra” u “timmaniġja”.  It-tnejn huma kliem bl-istess numru t’ittri fihom iżda jekk tpoġġihom fuq miżien, li tamministra ftit li xejn fiha piż, iżda li timmaniġja tfisser determinazzjoni u heġġa, u fiha nfisha tfisser impenn kbir.

Fl-aħħar 25 ta’ Gvernijiet preċedenti, li tamministra kienet prijorità.  Faċli tmur għax-xogħol biex sempliċement tagħmel l-inqas li wieħed jistenna minnek.  Ma jfissirx li qed tgħamel xi haġa ħażina iżda li tamministra biss, biż-żmien toħloq telqa u apatija.  Hija faċli li taqa’ f’din il-kategorija.  B’xi mod jew ieħor kulħadd kapaċi jamministra, iżda li Gvern jamministra tfisser nuqqas ta’ motivazzjoni u enerġija.

Aqra aktar

Send this to a friend