Notifiki

Tazza waħda biss

F’Earth Garden din is-sena, tista’ tuża tazza waħda biss. Dan huwa festival ta’ arti u mużika, bl-ambjent u l-ħarsien tiegħu bħala temi ewlenin.

Dawk li se jattendu se jingħataw tazza waħda li għandhom jużawha tul tmiem il-ġimgħa bejn it-tlieta u l-ħamsa ta’ Ġunju. B’dan il-mod ikun imwassal messaġġ favur użu aktar għaqli ta’ riżorsi u tnaqqis ta’ skart.

Aqra aktar

Tidħol fis-seħħ il-liġi “monumentali”

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi tad-dimanju pubbliku kien immarkat b’laqgħa bejn il-Ministru tal-Ambjent u Din l-Art Ħelwa. It-tnejn li huma qablu kemm din il-liġi se tkun kruċjali biex jitħares iktar il-patrimonju ta’ pajjiżna.

Il-liġi tad-dimanju pubbliku kienet maqbula bejn il-Gvern u l-oppożizzjoni u għandha tliet għanijiet. Dak li jipproteġi l-wirt naturali, kulturali u storiku għall-ġenerazzjoni tal-lum kif ukoll dawk tal-ġejjieni.

Aqra aktar

Malta l-ewwel – lejn arja aktar nadifa

Malta kellha l-ikbar tnaqqis fid-diossidu tal-karbonju fl-Unjoni Ewropea. Ċifri tal-Eurostat jikkonfermaw li Malta naqqset dawn l-emmissjonijiet bi 26.9% fl-2015, meta mqabbel ma’ sena qabel.

Madwar il-pajjiżi kollha Ewropej, l-emmissjonijiet żdiedu b’0.7%.

Ħadna l-ewwel reazzjonijiet.

Konrad Mizzi | Ministru

Wara 25 sena ta’ Gvern Nazzjonalista u ta’ wegħdiet li l-Marsa Power Station  tingħalaq, dan il-Gvern għamel l-investimenti neċessarji biex isaħħaħ l-infrastuttura ġewwa Dellimara u biex il-Marsa Power Station setgħet intfiet fuq cold standby. Dan wassal għal tnaqqis kbir fl-emissjonijiet li flimkien mal-użu ta’ enerġija rinovabbli għen biex ikollna dan ir-riżultat tant sabiħ. Fix xhur li ġejjin, ladarba jkun hemm il-qalba għall-gas, inżarmaw il-Marsa Power Station darba għal dejjem u nneħħu ċ- ċumnija ta’ Delimara – dan se jwassal għal aktar tnaqqis fl-emmissjonijiet.

Jose Herrea | Ministru

Ir-riżultati juru l-impenn tal-Gvern li jtejjeb l-ambjent u l-legat li jrid iħalli f’dan il-qasam. Huma riżultati ta’ dan it-tip li primarjament ifissru kwalità t’arja aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin kollha. Il-politika tagħna hija bbażata fuq energija aktar nafida u huwa bis-saħħa ta’ din l-enerġija li pajjiżna jista’ jkompli jivesti f’arja aktar nadifa għall-pajjiż kollu.

Screen Shot 2016-05-03 at 12.50.38

 

Ministri ġodda jieħdu l-ġurament tal-ħatra

Wara r-reshuffle mħabbra nhar il-Ħamis mill-Prim Ministru Joseph Muscat, fil-Palazz tal-President il-Ġimgħa ħadu l-ġurament tal-ħatra tliet Ministri ġodda.

Il-Ministru Jose’ Herrera se jkun responsabbli mill-Ambjent, l-Iżvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima. Il-Ministru Għas-Saħħa huwa Chris Fearne, wara li serva bħala Segretarju Parlamentari. Il-Ministru Għat-Tkabbir Ekonomiku, Kompetittivita’, is-Settur Marittimu u s-Servizzi huwa Emanuel Mallia, li rritorna fil-Kabinett wara li fil-bidu tal-leġizlatura serva bħala Ministru Għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali.

Aqra aktar

Konferenza importanti ta’ Huawei f’Malta

Fi tmiem il-ġimgħa, il-kumpanija internazzjonali Huawei se torganizza konferenza reġjonali f’pajjiżna.

Konferenza li mistennija tiġbor fi ħdanha fost l-ogħla Kapijiet Eżekuttivi ta’ din il-kumpanija, sabiex f’pajjiżna jiddiskutu l-istrateġija Ewropeja. Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittivita’ u t-Tkabbir Ekonomiku Jose Herrera waqt żjara fil-MITA.

Herrera sostna li dan ikompli juri l-kapaċita’ ta’ pajjiżna li jidħol fi sħubija ma’ fost l-aqwa kumpaniji fid-dinja, u jiġbed lejn investiment dirett barrani. Tenna għaldaqstant li f’din il-konferenza se jitħabbar dak li pajjiżna kiseb ma’ din il-kumpanija.

 

Herrera sostna kif f’pajjiżna, is-settur tal-IT diġa’ jfisser 6% fil-prodott domestiku gross, f’qasam li kull ma jmur qed joħloq iżjed impjiegi. Qal li qed isiru sforzi biex tonqos id-diskrepanza bejn l-abbiltajiet tal-ħaddiema u l-bżonnijiet tas-suq.

Il-kollaborazzjoni ma’ waħda fost l-aqwa kumpaniji fid-dinja tal-IT se tkompli tkabbar il-ġid li dan il-Gvern qed iġib lejn pajjiżna permezz tal-investiment dirett barrani.

‘Malta Marittima’ – lejn settur iktar b’saħħtu

Il-vuċi ta’ pajjiżna fil-qasam marittimu se tissaħħaħ fuq livell internazzjonali.

Dan bit-tnehdija tal-aġenzija Malta Marittima, b’kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-privat. 

Hemm ħamsin mira x’jintlaħqu u dwarhom tkellem is-Segretarju Parlamentari ghall-kompetitivita Jose Herrera. Il-miri jinvolvu setturi differenti li jaħdmu qrib il-qasam marittimu. B’hekk ser jimtela’ vojt li kien ilu jinħass snin.

Ic-chairperson ta’ Malta Marittima Marc Muscat elenka l-miri prinċipali li l-aġenzija se tiffoka fuqhom: il-promozzjoni tal-industrija, li jkun hemm titjib fil-policies u li jinħoloq il-kuċnett ta’ ‘cluster’. 

Il-bandiera Maltija hija l-akbar waħda fl-Ewropa, fatt li jiġbed l-attenzjoni ta’ pajjizi oħra. Jose Herrera  stqarr li l-viżjoni tal-Gvern fl-industrija tmur lura għexieren tas-snin. 

Send this to a friend