Notifiki

Jitħawlu 55 siġra oħra fil-Park Nazzjonali tal-Familja

Ħamsa u ħamsin siġra oħra tħawlu fil-Park Nazzjonali tal-Familja. Dan bħala attività simbolika tal-impenn li pajjiżna għandu fejn tidħol it-tibdil fil-klima.

Dan wara li saret kompetizzjoni għat-tfal li niedew tliet ambaxxati Ewropej, dik Franċiża, Germaniża u Olandiża li ngħaqdu flimkien għal għan wieħed.

Aqra aktar

“Inspjegabbli kif l-Oppożizzjoni qed tippretendi li tingħata trattament preferenzjali”

L-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar il-powerstation il-ġdida li taħdem bil-gass hija sempliċiment konferma oħra ta’ kemm l-istess Oppożizzjoni trid treġġa’ l-arloġġ lura biex pajjiżna jibqa’ juża ż-żejt li jniġġeż.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, b’referena għal talba tal-Oppożizzjoni lill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, li l-Ministeru qal hija skoretta għal kollox.

Kienet talba għal laqgħa mal-Bord tal-istess Awtorità dwar il-permess tat-tanker tal-gass, li ġiet miċħuda mill-bord tal-Awtorità unanimament, inkluż minn rappreżentant tal-Partit Nazzjonalista li hu fl-istess bord.

Aqra aktar

Tindifa kbira l-Inwadar

Fdalijiet tal-kostruzzjoni, madum , banjijiet, fridges, apparat elettroniku u kull xorta ta’ skart. Huma dawn ix-xeni li kellhom ittapnu s-sbuħija tal-Inwadar, limiti ta’ Marsascala, hekk kif maż-żmien dan il-post serva ta’ miżbla, b’whud jiddeċiedu li jarmu dak kollu li m’għandhomx bzonn hemhekk. Kien ghalhekk li l-Gvern ħabbar li jwaqqaf l-ewwel park naturali nazzjonali matul din il-leġislatura, u anke waqqaf kumitat ta’ gwida biex iħejji ix-xogħol għall-pjan tal-immaniġjar tal-park u l-qafas ta’ tmexxija.

F’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu ingħad li l-ewwel pass biex ikun imħares dan l-ambjent naturali huwa t’tindif tal-post. Huwa maħsub li se jkunu tneħħew mal-erbgħa mitt tunellata ta’ skart bl-interventi li saru fix xhur li għaddew u bil-ħidma li għada għaddejja.

Aqra aktar

“Din hija inzjattiva pożittiva u kienet imwiegħda fil-manifest elettorali tagħna” 

 

Wara li l-Gvern nieda skema ġdida dwar l-enerġija solari, il-Ministru Konrad Mizzi spjega li l-Gvern jemmen fl-enerġija nadifa, li għandha tilħaq lil kulħadd.  Għalhekk permezz ta’ din l-inizjattiva, kull familja se jkollha aċċess għall-enerġija solari. Qal li jistenna li  jittieħdu aktar inizjattivi smili mis-settur privat.

Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera qal li hu mistenni li jitnaqqsu  839 tunnellata ta’ emmissjonijiet CO2 mill-arja.

Aqra aktar

‘Il-Mediterran’ – tema diskussa bejn Jose Herrera u Segolene Royale

Issoktaw l-impenji tal-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera fl-Istati Uniti. Kif ħabbarna l-bieraħ huwa kien mistieden għal laqgħa mal-eks kandidat għal Presidenza Franċiża, illum Ministru għall-Ambjent, Segolene Royale. Il-laqgħa nżammet fil-preżenza tal-Kummissarju Malti Karmenu Vella.
Royale preżentat lil Malta l-pjan tagħha għall-Mediterran, imsejjes fuq blue growth. Herrera qal li l-Mediterran ser ikun tema importanti ħafna li ser tiġi diskussa fil-Presidenza fl-ewwel sitt xhur tas-sena d-dieħla. Royale faħret lil Malta għal ħidma biex dan is-suġġett jitla’ fuq nett tal-aġenda Ewropea.

Aqra aktar

Jose Herrera f’konferenza ma’ Barack Obama u John Kerry

Il-Minsitru għall-Ambjent Jose Herrera ftit tal-ħin ilu indirizza l-konferenza ‘Our Ocean’ f’Washington DC, fil-preżenza tal-President Amerikan Barack Obama.

Din il-konferenza tiffoka fuq zoni marittimi protetti, is-sajd sostenibbli, it-tniġġiż marittimu, u l-impatt tal-klima fuq l-oċeani. Il-President Amerikan kien fost dawk li indirizza lil dawk preżenti, inkluż delegazzjoni Maltija. Il-konferenza hija organizzata mis-Segretarju tal-Istat John Kerry.

Aktar tard, il-Ministru Herrera se jiltaqa’ mal-Ministru Franċiż Segolene Royale.

Bħalissa għaddejjin trattativi biex is-sena d-dieħla din il-konferenza issir hawn Malta.

Aqra aktar

Poteri ġodda – skrutinju miżjud

Bis-separazzjoni fi ħdan il-MEPA, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ingħatat il-poter li tappella għal proġetti approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Dan il-poter  intuża fil-każ ta’ Tas-Sliema, f’turija ta’ livell ta’ skrutinju miżjud li qiegħed iseħħ. Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera, ikkummenta ma’ ONE News.

Aqra aktar

Sitt siti protetti permezz tal-Att dwar id-Dominju Pubbliku

Ġew preżentati sitt siti biex ikunu kkunsidrati skont l-Att dwar id-Dominju Pubbliku.

Dawn ġew ippreżentati lill-Minsitru Jose Herrera minn rappreżentanti ta’ Flimkien għall-Ambjent Aħjar.

Is-siti huma: Manoel Island, Wied Garnaw, Ħondoq il-Qala, Kalanka, tliet siti differeti f’Ta’ Xbiex, Ta’ Ċenċ u bajjiet, fosthom dik ta’ San Ġorġ.

Aqra aktar

L-Argotti jsir ċentru ta’ eċċellenza botanika

Il-ġnien botaniku tal-Argotti u l-ġonna tal-madwar se jingħaqdu flimkien biex jiffurmaw ċentru t’eċċellenza botanika filwaqt li jkun jista jitgawda aktar minn kull min iżuru. Il-proġett tħabbar is-Sibt filgħodu mill-Ministru Jose Herrera, waqt żjara li għamel fl-istess ġonna.

Hawnhekk saritlu spjegazzjoni ta’ x’se jkun qed isir eżattament f’dan il-proġett. Fost oħrajn, se jsir tindif estensiv tal-ġonna kollha u se jkunu restawrati għal mod kif kienu inbnew oriġirnarjament.

Aqra aktar

Send this to a friend