Notifiki

ARA: Il-Ġnien tal-Argotti lura għall-glorja tiegħu

Il-Ġnien tal-Argotti, li ġie riġenerat u miftuħ uffiċċjalment aktar kmieni din il-ġimgħa, intlaqa’ tajjeb mill-persuni tal-lokal.

ONE News żar il-post, fejn tkellem ma’ għadd ta’ persuni li kienu qed jammiraw is-sbuħija ta’ dan il-post. B’kummenti pożittivi, huma faħħru l-professjonalità tax-xogħol, waqt li lkoll qalu li permezz tax-xogħolijiet, il-Ġnien tal-Argotti mar għall-aħjar.

kullimkien jidher li tranġa għall-aħjar.. iġifieri s-siġar u l-arbuxelli.. u tneħħa li kellu jitneħħa.. naħseb li huwa sabiħ għall-ewwel darba li ġejt..

Ġie sabiħ ħafna, ngħid proset lil Dr Herrera, vera għamel proġett sabiħ hawn..

Uħud mill-persuni li kellimna, qalulna li fil-passat kienu jqattgħu ħafna ħin f’dan il-ġnien. Spjegaw li permezz tax-xogħolijiet, il-ġnien llum huwa ferm isbaħ milli jiftakruh fil-passat.

Jien kont niġi hawn fil-passat, kont naħdem hawn, u konna niġu hawn fil-break.. vera lanqas għandu x’jaqsam, u anke t’hemm isfel, vera rranġawh u ġie sabiħ

Tajjeb ħafna.. għoġbok mela? Tiftakru kif kien qabel? Iva niftakru ta.. x’differenzi? Inbidel isu ġdid ġie uwx..”

Ix-xogħol fuq dan il-proġett dam għaddej madwar sena u nofs u sewa żewġ miljun u ħames mitt elf ewro. Il-ġonna jinsabu fuq medda ta’ mitejn tomna ta’ art, b’valur naturali kbir.

Fl-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva dan il-proġett bħala wieħed bżonnjuż. Huwa qal li lil hinn mis-suċċessi ekonomiċi, hemm bżonn li ġonna bħal dawn jiġu riġenerati, biex il-familji Maltin ikollhom fejn iqattgħu il-ħin liberu tagħhom.

Jitlesta l-proġett b’investiment ta’ €3M fil-Buskett

Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera ħabbar li tlesta l-proġett LIFE Saving Buskett li kien kofinanzjat mill-Programm tal-Unjoni Ewropea LIFE+ u li ġie implimentat mid-Direttorat tal-PARKS. Il-proġett ta’ tliet miljuni kien jinvolvi, fost diversi xogħlijiet, ir-restawr tal-arkati, it-tiswija ta’ ħajt tas-sejjieħ, it-tneħħija ta’ speċi invażivi, u t-tħawwil ta’ aktar minn 3,000 siġra indiġena fil-Buskett.

Aqra aktar

€600,000 bħala soluzzjoni għall-immaniġġjar ta’ materjal organiku ġġenerat mill-irziezet

Ġew allokati aktar minn nofs miljun ewro f’fondi sabiex jiġu investiti f’riċerka bħala soluzzjoni innovattiva għall-immaniġġjar ta’ materjal organiku ġġenerat mill-irziezet f’pajjiżna.

Dan wara li ġie ffirmat memorandum of understanding bejn il-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija, l-MCST u l-agenzija tal-governanza għall-bio-riżorsi agrikoli.Aqra aktar

Sitt kunsilli lokali oħra jibbenefikaw mill-proġett ‘Tħaddir tal-Komunitajiet’

Iffirmat ftehim ma’ sitt kunsilli lokali li ser jibbenefikaw mill-proġett tal-Ministeru għall-Ambjent ‘Tħaddir tal-Komunitajiet’. Il-kunsilli lokali li ntagħżlu din is-sena huma l-Pietà, Ħal Qormi, Ħaż-Żabbar, l-Imdina, s-Swieqi u s-Sannat Għawdex.

Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera sostna li bil-ftehim li ġie ffirmat ġiet mwettqa wegħda tal-Budget 2018. B’kollox, mill-bidu ta’ dan il-proġett fl-2014 ibbenefikaw 27 kunsilli lokali u ġew allokatti kważi €900,000.

L-allokazzjoni għas-sitt kunsilli lokali ser tkun ta’ €180,000, li 75% tal-fondi ser jingħataw malli jiffirmaw il-ftehim u 25% tal-fondi jingħataw mat-tlestija tal-proġett.

Aqra aktar

Jitlob lill-ERA reviżjoni dwar il-pompi tal-petrol

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Iżvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima José Herrera talab lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex tirrevedi l-Politika attwali dwar il-pompi tal-Fjuwil
tal-2015 u tipproponi dawk ir-reviżjonijiet lill-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Aqra aktar

Rappreżentant tal-oppożizzjoni fuq il-bord tal-Awtorità għall-ambjent u r-riżorsi

Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera laqa’ n-nomina ta’ Simon Mizzi bħala rappreżentant tal-Oppożizzjoni fuq il-Bord tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, hekk kif illum waranofsinhar irċieva n-nomina formali kif inhu mitlub minn Artiklu 6 (2) ta’ Kapitlu 549 dwar l-Att tal-Protezzjoni tal-Ambjent.

Il-Ministru Herrera awgura li hekk kif issa l-bord ta’ din l-awtorità hu kompost bil-membri kollha appuntati, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi tkompli bil-ħidma importanti li qed tagħmel filwaqt li tkompli taqdi l-missjoni tagħha li tissalvagwardja l-kapital naturali ta’ pajjiżna.

Jinħareġ tender sabiex titwaqqaf Ambjent Malta

“F’dan il-Budget il-Gvern kompla jsostni l-impenn li għandu sabiex joffri kwalità ta’ ambjent aħjar għal pajjiżna. L-immaniġġjar tal-iskart u l-ħarsien tal-kapital naturali ta’ pajjiżna reġgħu ħadu spinta ’l quddiem fejn ġew allokati r-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex inwettqu l-viżjoni tal-Gvern f’dawn l-oqsma partikolari.” Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa dwar l-inizjattivi ambjentali fil-Budget 2018.Aqra aktar

Malta mal-lista ta’ pajjiżi b’aġġustament fil-livell annwali ta’ emissjonijet għall-perjodu 2021-2030

Meta fil-Lussemburgu kien qed jiġi diskuss regolament ġdid dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet serra, Malta żammet iebes u kien biss wara l-intervent tal-Ministru José Herrera, li l-Kunsill tal-Ministri inkluda lil pajjiżna mal-lista ta’ pajjiżi li għandhom aġġustament fejn jidħol il-livell annwali ta’ emissjonijet għall-perjodu 2021-2030.Aqra aktar

Send this to a friend