Notifiki

Wied Fulija se jingħata wiċċ ġdid

Wied Fulija, li hija miżbla dilapidata u ma tintużax fiż-Żurrieq u tkopri 95,000m2 ser tiġi rijabilitata f’park naturali. Waqt żjara fuq il-post, il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera ddikjara li “dan il-proġett mhux biss se jnaqqas it-tniġġis, imma l-iżvilupp mill-ġdid u t-tisbiħ ta’ dan is-sit ser jtejjeb ukoll l-ambjent naturali tal-madwar u ser jipprovdi lill-komunità park naturali b’żona ekwivalenti għal 9 darbiet id-daqs tal-Istadium Nazzjonali”. Ix-xogħlijiet ta’ rijabilitazzjoni bdew f’Marzu 2019 bil-għan li sa Diċembru 2020 jittlesta l-proġett. Il-Ministru Herrera ħabbar li mal-45,000 siġra matura u arbuxelli indiġeni ser jitħawwlu f’dan is-sit. Aqra aktar

Art mitluqa f’Ħal Luqa se tinbidel f’żona ta’ rijabilitazzjoni għall-pubbliku

Art f’Ħal Luqa li ilha għexieren ta’ snin tintuża bħala miżbla ta’ se tiġi rijabilitata għall-skopijiet oħra, grazzi għall-iffirmar ta’ ftehim bejn il-Malta Industrial Parks u Wasteserv. L-art li għandha medda ta’ madwar 85,000 metru kwadru u tinsab viċin iż-żona industrijali tal-Marsa u fuqha se jitwettaq dan il-proġett ta’ rijabilitazzjoni li mistenni jitlesta fi żmien sentejn.

Dan il-proġett ser ikun pilota, li jintroduċi attivitajiet bħal “landfill mining,” fejn żoni differenti fil-miżbla jiġu ttrattati b’mod differenti minħabba li jkunu jeħtieġu metodoloġija ta’ trattament differenti.

Ser ikun hemm ukoll koordinazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet sabiex jaqsmu l-għarfien li għandhom f’dan ir-rigward, li ser iwassal sabiex japplikaw l-istess sistemi f’siti oħra taħt ir-responsabilità tagħhom. Ftit qabel l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar Chris Cardona, saħaq kif huwa d-dover tal-Gvern li din l-art pubblika, b’valur li jilħaq kważi disgħin miljun ewro tintuża għal skopijiet siewja, li jkunu ta’ benefiċċju għal poplu kif ukoll għall-pajjiż.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera sostna li din l-art ser tiġi riġenerata għal skop ta’ afforestazzjoni, faċilitajiet sportivi u industrijalizzazzjoni b’infrastruttura ħadra.

“Rapporti” minn studenti Maltin dwar l-użu tal-plastik u l-ambjent rikonoxxuti minn għaqda ambjentali dinjija

Min b’rakkont viżiv, min b’rapport, u min b’preżentazzjoni. Dawn kienu l-modi li bihom studenti minn għadd ta’ skejjel Maltin għażlu li jissieħbu mal-għaqda Young Reporters for the Environement biex iqajmu għarfien akbar biex jonqos l-użu tal-plastik.

YRE Global irrikonoxxiet żewġ proġetti minn Malta, rakkont awdjo-viżiv li nħadem f’kollaborazzjoni ma’ skola fi Spanja, u studju maħsub biex iħeġġeġ aktar persuni jixtru prodotti Fair Trade, li jfisser li jkunu tkabbru u ġew ippakkjati b’mod li jħares l-ambjent.Aqra aktar

Send this to a friend