joe biden – One News

Notifiki

‘Mhux se nħalli lil Brexit jhedded il-paċi fl-Irlanda ta’ Fuq’- Joe Biden

Il-Kandidat Demokratiku għall-Elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti Joe Biden qal li mhux se jħalli l-kwistjoni Brexit thedded il-paċi fl-Irlanda ta’ Fuq jekk hu jkun elett President Amerikan f’Novembru li ġej.

Huwa nsista wkoll li kull tip ta’ kummerċ li jsir bejn l-Istati Uniti u r-Renju Unit ried jirrispetta l-Ftehim ta’ Belfast.

Dan kollu ntqal wara laqgħa li saret bejn Biden u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ingliż Dominic Raab, fejn dan tal-aħħar spjega l-aħħar żviluppi dwar Brexit.

Kamala Harris il-magħżula ta’ Biden biex ittellaq flimkien miegħu fl-elezzjoni

Joe Biden għadu kif ħabbar li s-Senatur Kamala Harris se tkun qed ittellaq miegħu fl-elezzjoni Presidenzjali Amerikana bħala l-kandidata għal Viċi President tal-Istati Uniti. Harris kienet fost in-nisa li bdew jissemmew li Biden kellu jagħżel biex tkun ta’ spalla miegħu fl-elezzjoni Presidenzjali ta’ Novembru li ġej.

Is-Senatur ta’ Kalifornja tista’ tkun l-ewwel Viċi President ta’ karnaġġjon skur tal-Amerka. Hija diġà pruvat tirbaħ in-nominazzjoni tal-kamp Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali iżda f’Diċembru li għadda kienet irtirat mill-elezzjonijiet primarji.

Il-kandidat Demokratiku Joe Biden jinsab fuq quddiem skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika. Donald Trump se jkun qed jerġa’ jtellaq fl-elezzjoni Presidenzjali f’isem il-kamp Repubblikan. Miegħu se jkollu lil Mike Pence li diġà huwa l-Viċi President tal-Istati Uniti.

Il-poplu Amerikan mistenni jagħżel President għall-erba’ snin li ġejjin fit-3 ta’ Novembru.

‘Il-każ kontrija huwa gwerra fuq id-Demokrazija Amerikana’- Donald Trump

Gwerra fuq id-demokrazija Amerikana.

Hekk qed jiddeskrivi l-każ li bħalissa għaddej fil-konfront tiegħu il-President Amerikan Donald Trump f’ittra li bagħat lid-Demokratika Nancy Pelosi jiem wara li d-Demokratiċi Amerikani ppreżentaw akkużi formali kontra l-President Amerikan li żamm milli jgħin lill-Gvern Ukren sakemm dan ma jinvestigax lill-avversarju politiku tiegħu Joe Biden. Aqra aktar

Send this to a friend