JM – Page 4 – One News

Notifiki

Malta se tħeġġeġ għal iktar riżorsi biex il-marda tal-‘polio’ tkun eliminata darba għal dejjem

 

Fix-xhur li fadlilha tmexxi l-Commonwealth Malta se tkompli tikkonvinċi aktar mexxejja biex jikkommettu aktar riżorsi għall-eliminazzjoni tal-polio, qal il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt Global Citizen Live! fi New York, avveniment li ġab flimkien mexxejja politiċi, attivisti ewlenin u artisti ta’ fama internazzjonali f’messaġġ komuni kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jivvota għad-Deputat Mexxej

Il-Prim Ministru Joseph Muscat xeħet il-vot tiegħu fl-elezzjoni għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.

Fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, l-Prim Ministru li kien akkumpanjat minn bintu, ma vvotax waħdu dan hekk kif flimkien miegħu vvotaw iż-żewġ kandidati għal Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-Parlament, il-Ministru Chris Fearne u l-Ministru Edward Scicluna.

Aqra aktar

“Aħna dejjem għażilna n-nies qabel il-flus” – JM

“Gvern Laburista dejjem għażel in-nies qabel il-flus, aħna dejjem lesti li naqilgħu inqas flus iżda nassiguraw li nneħħu l-periklu minn nofs in-nies.”

Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista b’referenza għax-xogħlijiet fuq l-ewwel fażi ta’ żarmar biex is-sit tat-tankijiet tal-fuel tal-31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa titnaddaf darba għal dejjem.

Fl-indirizz tiegħu taħt it-tinda fil-Kalkara, Joseph Muscat saħaq li n-Nofsinhar ta’ Malta huwa daqs l-inħawi kollha tal-pajjiż u “mhux il-miżbla tal-pajjiż.”

Aqra aktar

Joseph Muscat iħabbar il-ħames wegħdi ewlenin

  • Żieda fin-numru ta’ btajjel pubbliċi f’Malta
  • Depożitu ta’ 10% għal min jixtri l-ewwel dar u estensjoni tal-iskema tal-first time buyers għal dawk li jkunu waslu biex jixtru t-tieni dar
  • Tnaqqis fit-taxxi u aktar flus fil-bwiet tan-nies
  • Żieda fil-pensjoni minima
  • L-ikbar investiment fl-istorja fit-toroq Maltin u Għawdxin

Aqra aktar

Wegħda PL: “Nagħtu lura lill-ħaddiema il-Btajjel Pubbliċi tagħhom”

“Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat, tul din il-leġislatura ser ikun qed jagħti lura lill-ħaddiema gradwalment dawk il-btajjel pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa”.

Il-Prim Minsitru u Mexxej Laburista qal li s-suċċess ekonomiku għandu jwassal għal ekonomija li taħdem direttament għall-individwu u għall-familja tiegħu. Spjega li qed nitkellmu dwar medja ta’ bejn erba’ u ħamest’ijiem fis-sena.

Aqra aktar

Il-PN jgħid li hija għażla bejn Joseph Muscat u ‘pajjiżna’ – lil Simon jaħbuh

Id-djufija ta’ Simon Busuttil toħroġ ċara mill-ewwel mumenti tal-kampanja elettorali.

Kieku mhux għal din id-djufija, ma kinux se jiddejqu jiktbu li hija għażla bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil. Wara kollox, għamlu kampanji fil-passast ibbażati fuq il-mexxej fi-tmun tal-Partit, bħal ngħidu aħna żmien GonziPN.

Dak iż-żmien, Simon kien reponsabbli minn ħafna deċiżjonijiet li ttieħdu u li wasslu għal telfa storika għall-PN. Issa, b’Simon bħala kap, il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista fil-bidu ta’ din il-kampanja huwa ċar; bih mhux se jfendu. Forsi wkoll għax mhux l-unika kap tal-Partit Nazzjonalista, u tidher kerha jekk jiktbu li l-għażla hi bejn Joseph  Muscat, u Marlene u Simon. Aktar kmieni llum fi Spinola, Busuttil qal li li fl-elezzjoni ma jridx li l-għażla tkun bejnu u bejn Joseph Muscat.

Muscat, minn naħa l-oħra, kien ċar fi kliemu. B’responsabiltà lest ikompli jmexxi pajjiż li llum għandu Gvern li wettaq aktar minn 85% tal-manifest elettorali tiegħu, bl-ikbar tkabbir ekonomiku fl-istorja, iktar xogħol, inqas qgħad, surplus minflok defiċit, tnaqqis fil-faqar, iktar drittijiet ċivili u ferm iżjed.

Aqra aktar

“STABILITÀ u KREDIBILITÀ” – JM

F’Marsaxlokk, il-Prim Ministru qal li r-riżultati qedin hemm biex kulħadd jarahom, imisshom, u jħosshom bil-bwiet tiegħu fil-livell tal-għixien tal-familji.

Joseph Muscat qal li t-tliet mistoqsijiet li jistaqsi kull persuna illum għandhom tweġibiet ċari aktar minn qatt qabel:

  • Illum qed ngħix aħjar milli kont ngħix fil-bidu tal-leġiżlatura?
  • Pajjiżna llum qiegħed aħjar milli kien fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura?
  • Pajjiżna, jekk jibqa dan il-Gvern għal leġiżlatura oħra, ħa jkun aħjar?

It-tweġibiet kollha  huma ‘iva’, għaliex huwa tim wieħed magħqud.

Aqra aktar

“Grazzi Prim” – Manila Bottone

Kull ma jmur il-Partit Laburista u t-tmexxija ta’ Joseph Muscat u l-Partit Laburista qed jilqgħu aktar nies li preċedentement kienu jaħsbuha mod ieħor. Issa, disfatti bin-negattività tal-Partit Nazzjonalista u preżentati bis-suċċessi ta’ dan il-Gvern, aktar nies qed jagħżlu li jkunu fuq in-naħa l-pożittiva tal-istorja. Fosthom Manila Bottone, sa ftit ilu preżentatriċi fuq Radio 101. Permezz ta’ Facebook, kitbet ‘grazzi Prim’ u tellgħat dan ir-ritratt.

 

Send this to a friend