jean pierre debono – One News

Il-PN jinsisti li ma raħsux il-kontijiet

Kważi erba’ snin mindu l-Gvern ta’ Joseph Muscat raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’medja ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija, esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista qalu li mhux veru raħsu l-kontijiet.

Dan meta bit-traħħis fil-kontijiet tad-dawl il-poplu Malti u Għawdxi żamm f’butu aktar minn sebgħin miljun ewro fi flus li seta’ jonfoq f’affarijiet oħrajn.

Aqra aktar

Debono jirriżenja taħt pressjoni l-Ħadd filgħaxija

L-Assistant Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Jean Pierre Debono, irriżenja minn Deputat Parlamentari l-Ħadd filgħaxija.
Debono mar bl-ittra tar-riżenja l-Ħadd filgħaxija għand l-iskrivan tal-kamra Ray Scicluna. Dan kien irraportat mill-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista, In-Nazzjon.

Aqra aktar

Debono lest iċedi s-siġġu wara li nqabad jiffalsifika l-firem

Se jkun Jean Pierre Debono li jċedi s-siġġu biex Adrian Delia jidħol fil-Parlament. Debono qal dan ma’ The Malta Indpendent b’din hi l-uniku soluzzjoni possibbli għall-kap tal-Partit Nazzjonalista wara li ħadd minn dawk li telgħu bil-by election ma ried iċedilu.

Fl-aħħar jiem esplora l-possibbilta li jċedilu Frederick Azzopardi, iżdu miegħu ma wasalx lanqas u xi kandidati tal-Partit Nazzjonalista minn Għawdex iddikjaraw li kieku seħħ hekk kienu jikkontestaw il by election u jekk jirbħu jżommu s-siġġu. Lanqas Norman Vella ma ta garanzija li ma jieħux is-siġġu jekk iċedi Herman Sciavone mill-ħames distrett.Aqra aktar

Laqgħa li ssejħet bil-moħbi ta’ Debono

Il-bniedem li s-soltu jikkordina l-laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista ma kienx mgħarraf bil-laqgħa tat-Tnejn filgħaxija, maħsuba biex tiddiskuti l-iżviluppi fl-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista b’mod partikolari dawk b’rabta ma’ Adrian Delia, wieħed mill-kandidati.Aqra aktar

Ikkonfermat rapport dwar il-kandidatura tal-PN

 

Bl-approvazzjoni ta’ seba’ kandidati biss kien ikkonfermat rapport fil-KullĦadd tal-Ħadd li għadda li din il-ġimgħa l-Partit Nazzjonalista kien se japprova iktar kandidati. Iżda li n-numru kien se jkun wieħed żgħir tant li t-tmexxija xejn ma kienet kuntenta bih. Aqra aktar

Send this to a friend