Notifiki

BIL-FILMAT: Il-PM jżur l-istrutturi artistiċi tal-Karnival madwar il-Belt

Il-Prim Ministru Robert Abela żar ix-xogħol artistiku li tellgħu d-dilettanti tal-Karnival b’għadd ta’ installazzjonijiet u karrijiet li tpoġġew madwar it-toroq tal-Belt.

Il-Prim Ministru nnota kif id-dilettanti u l-artisti tal-Karnival xorta waħda esprimew it-talent artistiku tagħhom sabiex il-familji Maltin u Għawdxin setgħu jgawdu kif jistgħu l-ilwien spettakolari li joffri l-Karnival Malti.

Apparti l-installazzjonijiet madwar il-Belt, il-Prim Ministru flimkien mal-Ministru għall-Arti José Herrera żaru wkoll wirja ta’ kostumi mill-isbaħ fi Spazju Kreattiv.

Aqra aktar

Il-maltemp ma ħassarx festi!

It-tbassir tal-Uffiċju Meterjoloġiku kien tajjeb, dik li lbieraħ filgħaxija tagħmel ix-xita. Tbassir li ħoloq tensjoni fost id-dilettanti tal-Karnival, hekk kif mhux l-ewwel darba li x-xita qliel u l-maltemp ikkawża ħsarat kbar fuq karrijiet li x-xogħol fuqhom ikun ilu għaddej sena sħiħa.

Aqra aktar

“Ilha mwiegħda 30 sena – fl-aħħar xi ħadd semagħhom lid-dilettanti tal-Karnival”

“Din ilha mwiegħda ‘l fuq minn tletin sena; lid-dilettanti tal-Karnival fl-aħħar xi ħadd semagħhom”

Hekk stqarr Jason Busuttil, id-Direttur tal-Karnival, wara li l-Awtorità tal-Ippjanar approva l-pjan għall-villaġġ tal-Karnival.

Huwa proġett ta’ ħames miljun ewro li se jsir il-Marsa, minflok dak li nsibuħ bħala l-garaxx tal-Gvern qrib Albertown. Se jkun hemm 25 maħżen b’għoli ta’ tliet sulari, fejn jistgħu jinbnew il-karrijiet. Il-kumpless se jinkludi workshops anke għal min jaħdem fuq kostumi, għal min ikun irid jipprattika ż-żfin relatat mal-karnival.

F’kumment li tista’ ssegwi hawn, Busuttil spjega li dan ser ikun ukoll proġett turistiku, filwaqt li l-Misnitru responsabbli mill-Kultura Owen Bonnici qal li l-ħolma tal-parteċipanti tal-Karnival qed tersaq pass eqreb lejn ir-realtà.

Aqra aktar

Karnival fuq l-ilma

Minn għada fis-sitta ta’ filgħaxija l-Port il-Kbir se jieħu xejra ferm iktar vivaċi. Hawn tistgħu taraw il-preparamenti għal dak li qed ikun imsejjaħ “l-ispettaklu tas-sena” : il-Valletta Pagaent of the Seas.

Aqra aktar

Send this to a friend