Notifiki

Jaħarbu milli jwieġbu dwar id-dellijiet fuq sħabhom

Deputati Nazzjonalisti qed jaħarbu u jħossuhom skomdi jwieġbu dwar deputati bħal Jason Azzopardi u Adrian Delia, li ġie rappurtat fuqhom li marru jittallbu u ħadu rigali m’għand ta’ Fenech.Aqra aktar

ARA: L-erba’ attentati ta’ ONE News biex isaqsi lil Bernard Grech wara l-ġurament… jinjorahom kollha

Ftit minuti wara li ħa l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni, huwa kien affaċjat mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti ġewwa l-Palazz ta’ Sant’Anton. Madankollu, huwa għoġbu jwieġeb mistoqsija mill-kmamar tal-aħbarijiet kollha ħlief dik tal-ġurnalist ta’ ONE NEWS.Aqra aktar

Busuttil jibqa’ jaħrab il-ġurnalisti

Il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ għażel li ma jistedinx ġurnalisti għal-laqgħat li għamel fid-Dar Ċentrali u li s-soltu jagħmel stediniet għalihom. Din il-ġimgħa diġà għamilha darbtejn meta ltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ sportivi u persuni li jaħdmu fil-qasam tad-diabete.

Aqra aktar

Hu u jaħrab, jieħu ħafna selfies

Brażiljan li rnexxilu jaħrab mill-ħabs tal-belt Manaus qed jitfa’ ritratti tiegħu fuq Facebook, jiftaħar bil-fatt li rnexxilu jaħrab.

Brayan Bremer, li qed jiskonta sentenza wara li nstab ħati li seraq, jidher fost ħafna ħaxix, jagħmel sinjal b’subajgħ li jindika li kollok sewwa. Huwa kien attiv fuq Facebook waqt li kien il-ħabs, minkejja li dan huwa projbit. Ritratti oħra juruh bi flokk tal-Bayern Munish, miksi bit-tajn, qrib kriminal ieħor, bil-kliem “qed niġru wara li ħrabna mil-ħabs”. F’ritratti oħra jidher jiekol il-frott.

Aqra aktar

Jirriversja fuq Pulizija u jaħrab

Għall-ħabta tal-ħdax u nofs tal-Ħadd filgħaxija, waqt li l-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit kienu qegħdin jagħmlu road checks fi Triq it-Tlett Ibliet, Bormla, twaqqfet vettura tat-tip Skoda Felicia Combi, iżda għal xi raġuni x-xufier irriversja fuq il-Pulizija u reġa’ saq ‘il quddiem b’veloċita` qawwija sabiex jaħrab.
Aqra aktar

Send this to a friend