Ivan Camilleri – One News

Notifiki

The Times tiftaħ libell lil Ivan Camilleri


Il-ġurnal The Times fetaħ libell kontra l-ex ġurnalist tagħha Ivan Camilleri. Dan wara li l-Ħamis għamel bosta allegazzjonijiet fil-konfront tal-gazzetta fosthom li sar komplott kontrih biex seta’ jitkeċċa mill-impjieg tiegħu. Camilleri tkeċċa minn ġurnalist f’Diċembru li għadda wara li l-gazzetta maltatoday allegat li Camilleri għadda informazzjoni lil Yorgen Fenech, li l-Pulizija kienet qiegħda ssus warajh. Aqra aktar

Ivan Camilleri u edituri tat-Times immultati €9,000 wara li mmalafamaw lill-Imħallef Emeritu Philip Sciberras


L-eks ġurnalist ta’ The Times of Malta Ivan Camilleri u l-edituri tal-istess ġurnal Herman Grech u Mark Wood ġew ikkundannati jħallsu bejniethom €9,000 f’danni wara li nstabu ħatja li mmalafamaw lill-Imħallef Emeritu Philip Sciberras.

Dr Sciberras fetaħ libell lil The Sunday Times wara li ħassu mmalafamat b’artiklu li kien ippubblikat fil-gazzetta f’Marzu ta’ sentejn ilu.

Ivan Camilleri kien allega li Sciberras daħħal pensjoni li ma kienx intitolat għaliha. Saħansitra The Times allegat li kien hemm indħil politiku biex ingħata din il-pensjoni.

Fis-sentenza ngħad li kawża ta’ din l-allegazzjoni, Dr Sciberras spiċċa investigat mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali.

Investigazzjoni li kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda indħil politiku jew imġiba mhux xierqa fl-għoti tal-pensjoni.

The Times żiedet tallega li Sciberras, minbarra li jdaħħal il-pensjoni ta’ eks Imħallef u dik nazzjonali, applika għal pensjoni ta’ Membru Parlamentari.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Victor Axiak qalet li l-Imħallef Emeritu huwa ex ġudikant b’karriera twila li jgawdi reputazzjoniji għolja. Sostniet li l-allegazzjonijiet li saru fuqu minn The Times kienu serji ħafna.

Innota li Camilleri skarta għalkollox fatti importanti u qagħad fuq sorsi u interpretazzjonijiet tiegħu. Qalet li dan wassal għal artiklu mimli żbalji u suppożizzjonijiet gratwiti.

Il-Qorti qalet li l-gazzetta attakkat l-integrità ta’ persuna li bniet karriera fuq l-integrità u l-affidabilità tagħha bħala ġudikant fl-ogħla qrati Maltin.

Il-Maġistrat Axiak innota wkoll li l-gazzetta fl-ebda stadju m’għamlet xi forma ta’ apoloġija, anke meta matul il-kawża il-fatti bdew juru stampa differenti minn dak irrappurtat fl-artikli.

Saħansitra qalet li lejn l-aħħar ipprovaw idawru ta’ taħt fuq it-tifsira ċara tal-artiklu!

Kien għalhekk li l-Qorti kkonkludliet li l-artikli ppubblikati minn The Sunday Times of Malta, u fuq is-sit elettoroniku tat-Times bħala libellużi, u għalhekk ikkundannat lil Ivan Camilleri u l-edituri Mark Wood u Herman Grech jħallsu s-somma ta’ €9,000.

AĠĠORNATA: Camilleri ammetta u ħallas lura aktar minn dak li ħa – is-sid tas-supermarket


Il-ġurnalist ta’ The Times of Malta, Ivan Camilleri, deher jisraq oġġetti minn supermarket fin-Naxxar.

Żvelat dan il-gazzetta MaltaToday, li saħansitra kkonfermat l-aħbar mas-sid tas-supermarket li fl-istess ħin ma xtaqx jikkummenta iktar dwar dan il-każ li jinvolvi wieħed mill-iktar ġurnalisti konfrontattivi tat-Times of Malta. Aqra aktar

Il-ġudikanti jgiddbu lil The Times dwar il-każ taż-żewġ avukati

F’ittra iebsa, l-assoċjazzjoni tal-ġudikanti Maltin ġabu fix-xejn l-artiklu ta’ Ivan Camilleri ta’ The Times dwar żewġ avukati Thomas Sant u Yanica Barbara.

Dwar dawn it-tnejn, it-Times sostniet li huma se jingħataw il-warrant ta’ avukat wara li għaddew mill-eżamijiet neċċessarji iżda fil-passat kienu weħlu sentenza sospiża fuq reat kriminali.

Aqra aktar

Ta’ Maġġi jxejnu l-allegazzjonijiet

Permezz ta’ stqarrija il-grupp Ta’ Maġġi xejnu għal kollox l-artiklu mimli allegazzjonijiet ta’ Ivan Camilleri fil-ħarġa ta’ The Times tal-lum u f’dik tas-Sunday Times tal-Ħadd li għadda.

It-Times sostniet li art f’żona magħrufa aħjar Tal-Barmil fix-Xewkija li qed tinbidel f’park industrijali ingħatat lil Ta’ Maġġi mingħajr għoti ta’ tender.

Madankollu Ta’ Maggi sostnew li kien il-Ministru ta’ dak iż-żmien, Tonio Fenech li talabhom biex jiżviluppaw park industrijali fix-Xewkija.

Filfatt il-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien kien anki inkluda l-proġett tax-Xewkija, li semma Ivan Camilleri, f’diskors tal-baġit.

Wara bidla fil-Gvern, Ta’ Maġġi reġgħu bdew bid-diskussjonijiet dwar il-park industrijali tax-Xewkija. Ta’ Maġġi spjegaw li sa issa l-art tax-Xewkija ġiet trasferita mill-Malta Industrial Parks f’isem il-Gvern għal Ta’ Maġġi b’ċens temporanju.

Ta’ Maġġi saħqu li ma kien hemm l-ebda trasferiment ta’ interessi oħra bejn il-Gvern u l-kumpanija. Il-kumpanija spjegat li hi ma tibniex parks industrijali iżda tqabbad kuntratturi biex jiżviluppaw dan.

Attakk mill-PN fuq żagħżugħ Malti li qed jaħdem ma’ Barnier

Li avukat żagħżugħ Malti jaħdem ma’ nies ta’ profil għoli u javvanza fil-karriera tiegħu ma tinżel tajjeb xejn ma’ wħud.

Kienet il-blogger tal-Partit Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia li bdiet bl-attakki fuq Debattista. Imbagħad, minn tant nies, kien Ivan Camilleri li fit-Times of Malta kompla jitfa’ tajn fuq l-għażla ta’ Randoph Debattista  bħala parti mit-tim ta’ Michel Barnier. Dan huwa n-negozjatur ewlieni għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

L-Air Malta tgiddeb lit-Times – jużaw statistika ta’ sena sħiħa biex joħolqu storja

L-Air Malta ikkonfermat li permezz tal-pjan ġdid għall-flotta tagħha, iffrankat €8.2 miljun fl-2016.

Il-kumpanija tal-ajru ċaħdet bl-aktar mod qawwi u kategoriku rapport li deher illum fuq it-Times of Malta, u sostniet li huwa rapportaġġ mimli inkorrettezzi u informazzjoni żbaljata, bl-intenzjoni li jagġmel ħsara lir-reputazzjoni tal-linja tal-ajru.

L-artiklu kitbu Ivan Camilleri.

Aqra aktar

Send this to a friend