ivan bartolo – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Ivan Bartolo jaqbel mal-aġir ta’ Metsola favur il-Bulgarija 

Il-Partit Nazzjonalista baqa’ joħroġ għonqu għal Roberta Metsola li ngħatat it-titlu ta’ Mrs. Mafia minn ċittadini Bulgari li ilhom aktar minn tliet xhur jipprotestaw fil-Bulgarija kontra dak deskritt bħala Gvern korrott tal-pajjiż. Aqra aktar

Isostnu li parti sostanzjali mill-elettorat Nazzjonalista m’għandux fiduċja f’Adrian Delia

Issa se nieħu deċiżjonijiet sodi u skomdi.”

Hekk iddikjara l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ftit wara li sar magħruf li kiseb ftit aktar minn 67 fil-mja tal-voti tal-kunsillieri f’vot ta’ fiduċja li ssejjaħ fil-konfront tiegħu. Fil-fatt kienu kważi sitt mitt kunsillieri li jew ivvotaw kontrih jew ma marrux jivvotaw għalih jew ħasru l-vot. Madankollu Delia li se jibqa’ jmexxi partit maqsum qal li issa se jagħmel it-tibdil u se jieħu deċiżjonijiet sodi u skomdi.Aqra aktar

BIL-FILMATI: Ara lil Ivan Bartolo bbuwjat u mgħajjar waqt il-Kunsill Ġenerali

Waqt il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Ivan Bartolo ngħata pjattaforma sabiex jitkellem iżda din ma niżlet xejn sew ma’ numru kbir ta’ membri Nazzjonalisti li nfexxew jibbujaw u jgħajjru lil Bartolo waqt li beda jitkellem.

B’reazzjoni għal dan il-mument imbarazzanti għal Bartolo, Delia qam jiġri minn fuq is-siġġu tiegħu biex jipprova jsikkithom.

Ivan Bartolo jgħid li mhux se jisparixxi fost l-ibbuwjar u t-tgħajjir minn ta’ Delia

Send this to a friend