Notifiki

L-ITS tippubblika l-ewwel ġurnal akkademiku wara 10 snin

Wara kważi għaxar snin neqsin mill-pubblikazzjonijiet, l-istitut għall-Istudji Turistiċi nieda l-ġurnal Futouristic.

Il-ġurnal li se jkun ippubblikat darbtejn f’sena, se jservi bħala pjattaforma biex jippromwovi x-xogħol ta’ riċerka akkamedika u innovazzjoni li jseħħ fi ħdan l-istitut.Aqra aktar

Żieda rekord ta’ studenti li se jistudjaw fl-ITS

F’sena fejn l-industrija tat-Turiżmu madwar id-dinja sofriet telf sostanzjali kawża tal-pandemija, l-Istitut għall-Istudji Turistici f’Malta xorta laqa’ numru rekord ta’ studenti li jaqbeż l-ammont tas-sena ta’ qabel bi 22%.Aqra aktar

L-istudenti tal-ITS draw in-normalità ġdida

Mill-ewwel ta’ Settembru l-istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi irritornaw għal Normalità ġdida fl-iskola, fejn madwar mija u tmenin student irritornaw lejn il-klassijiet u l-laboratorji sabiex jagħmlu bejniethom mija u sittin sessjoni prattika fi tliet oqsma ta’ studju. Dan hekk kif dawn kellhom jitwaqqfu fit-tieni semestru tas-sena akkademika preċedenti minħabba l-għeluq tal-istituzzjonijiet edukattivi f’pajjiżna kawża tal-imxija. Aqra aktar

Boroż ta’ studju mill-ITS għad-Diploma fl-ivvjaġġar favur il-klima

Illum saret it-tnedija ta’ 30 boroż ta’ studju ffukati fuq it-trattament tat-tibdil fil-klima. Il-boroż ta’ studju huma għal diploma online ġdida fl-ivvjaġġar favur il-klima li qed titmexxa mill-ITS u minn SUNx Malta u huma mmirati lejn dawk il-pajjiżi l-iktar affettwati mill-bidla fil-klima. Dan wara li aktar kmieni din is-sena l-kors għal din id-diploma kien diġà ġie offrut b’xejn lir-residenti mill-UE, Maltin u Għawdxin.Aqra aktar

Reviżjonijiet sostanzjali fl-iżvilupp tas-sit tal-ITS

L-iżvilupp propost fl-eks sit tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi ħa bidla oħra hekk kif il-grupp DB ressaq reviżjonijiet sostanzjali fil-pjan tiegħu għal proġett tad-DB City Centre.

Il-proġett kien tħabbar fl-2017 f’dak li kien imsejjaħ bħala l-ikbar investiment Malti fl-istorja ta’ pajjiżna, iżda kien qajjem oġġezzjonijiet kbar minn għaqdiet u residenti tal-lokalitajiet tal-madwar. Aqra aktar

Send this to a friend