Italja – Page 8 – One News

Notifiki

Protesti f’Ruma u Londra; ilħna favur u kontra l-UE

Filwaqt li l-Ewropa qed tfakkar jum twelidha, madwar 25,000 persuna invadew il-kapitali Taljana biex isemmgħu leħinhom dwar l-Unjoni Ewropea.

B’kollox kien hemm erba’ marċi u żewġ sit-ins madwar Ruma, b’5,00 Forzi tal-Pulizija jimxu mat-toroq tal-Belt lesti għal kull ma jista’ jinqala, hekk kif kien maħsub li estremesti kemm favur u kemm kontra l-Ewropa kienu se jintimidaw lil xulxin.

Aqra aktar

TRAĠEDJA FL-ITALJA

Pont fi triq prinċipali fl-Italja ċeda bil-konsegwenza li koppja miżżewġa tilfet ħajjitha.

L-inċident seħħ viċin il-belt t’Ancona u jidher li meta l-pont waqa’, karozza waħda biss kienet għaddejja.

Sa issa d-dettalji b’rabta ma’ dan l-inċident qed jgħidu li l-karozza tal-koppja sfortunatament kienet għaddejja meta waqa’ l-pont, bil-konsegwenza li ż-żewġ persuni tgħaffġu taħt it-tifrik.

 

 

Maria Grazia Cucinotta tinsab Malta!

L-attriċi Taljana famuża mondjali, Maria Grazia Cucinotta bħalissa tinsab f’pajjiżna. Hi waslet jumejn ilu fuq titjira tal-Airmalta KM613.

F’filmat qasir li poġġiet ilbieraħ fuq Twitter, Cucinotta tidher tgħid “Malta hu post meraviljuż” fejn fil-filmat ix-xenarju ta’ wara juri s-sbuħija li din il-gżira toffri, b’xena panoramika ħdejn it-Torri ta’ Għajn Tuffieħa.
Aqra aktar

It-Tritoni jħallu Malta għall-vjaġġ tagħhom lejn l-Italja

Wara 58 sena jħarsu d-daħla tal-belt kapitali ta’ pajjiżna, it-Tritoni bdew vjaġġ ta’ 1,300 kilometru li għandu jwassalhom sa Firenze, l-Italja, biex isirilhom intervent estensiv ta’ restawr. Nhar il-Ħamis li għadda t-Tritoni u l-plattin ta’ fuqhom, li b’kollox jiżnu mal-erbatax-il tunellata, ġew stivati fuq żewġ trailers biex jirkbu l-vapur Eurocargo Venezia li se jwassalhom sal-port ta’ Livorno.

Aqra aktar

JUVENTINI: ġejjin Iuliano u Amoruso!

Il-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975), wara ż-żjarat reċenti ta’ Birindelli, Ferrara, Davids u Trezeguet flimkien ma’ Luciano Moggi, ħabbru ż-żjara ta’ żewġ ex-players oħra għal qalb ħafna Juventini: Mark Iuliano u Nicola Amoruso.

Il-club qal li se jipprovdi aktar dettalji qrib April, meta ż-żewġ ex-players se jkunu hawn Malta. Qalu però li qed jiġu ppjanati attivitajiet fejn ikun hemm opportunitajiet diversi sabiex is-supporters Juventini lokali jiltaqgħu ma’ dawn il-personaġġi.

Aqra aktar

Send this to a friend