Italja – Page 6 – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-Forzi Armati ta’ Malta f’ħidma umanitarja lill-bastiment Aquarius

Intant, filmat li ttella’ fil-paġna tal-Forzi Armati ta’ Malta turi l-ħidma li saret fejn twasslu ftit inqas minn elf flixkun tal-ilma u 800 pakett ta’ ikel lill-bastiment Aquarius.

Din id-dgħajsa li fuqha hemm il-fuq minn 600 immigrant li ġew salvati biswit il-kosta Libjana tinsab fi triqtha lejn Spanja hekk kif l-Gvern Taljan għalaq il-portijiet tiegħu.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/06/11/bir-ritratti-il-forzi-armati-jwasslu-l-ikel-u-l-ilma-fuq-il-vapur-aquarius-2/

“Lest li nagħlaq il-portijiet”- Matteo Salvini

Id-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini lest li jagħlaq il-portijiet Taljani biex ma jidħlux dgħajjes tal-immigranti f’pajjiżu, speċjalment jekk Stati Membri Ewropej oħra mhux se jinvolvu ruħhom fil-kriżi tal-immigranti li għadha qed taħkem il-kontinent.

Rapporti fil-midja Taljana qed ibassru bħalissa stess bastiment tal-gwardja tal-kosta Taljana b’ 936 immigrant u żewġ katavri abbord jinsab fi triqtu lejn Katanja u mistenni jasal tard it-Tlieta filgħaxija. Dawn kollha ssalvaw minn seba’ operazzjonijiet differenti.

Salvini qal ukoll li f’każi ta’ bastimenti ta’ NGOs li jġorru bnadar barranin, l-Italja mhux se tkun qed tippermetti aċċess għall-portijiet.

Mistennija deċiżjoni għal elezzjoni oħra fl-Italja

Giuseppe Conte kellu jwarrab mix-xena politika Taljana wara li ftit tal-jiem ilu kien nominat sabiex jilħaq Prim Ministru ġdid.

Il-media internazzjonali qed tirrapporta li Conte kellu jwarrab wara li huwa ma rnexxilux jifforma Gvern ġdid.

F’diskors il-Ħadd filgħaxija, l-President Taljan Sergio Mattarella qal li bħalissa l-Italja tinsab fi kriżi politika hekk kif il-pajjiż ilu mingħajr Gvern sa mill-elezzjonijiet tal-4 ta’ Marzu li għadda wara li l-ebda partit politiku ma kiseb maġġoranza.

Huwa qal ukoll li fis-siegħat li ġejjin mistenni jiddeċiedi dwar il-possibilta ta’ elezzjoni oħra.

Illum it-Taljani jiddeċiedu

It-Taljani qed jivvutaw wara kampanja diviżiva ddominata minn tħassib fuq l-immigrazzjoni u l-ekonomija. Il-partit kontra l-establishment Cinque Stelle, il-Partit Demokratiku li jinsab fil-gvern u l-kolazzijoni tal-eks Prim Ministru Silvio Berlusconi kollha qalu li se jirbħu.

Iżda Berlusconi, li għandu wieħed u tmenin sena, ma jistax jokkuppa uffiċċju pubbliku sas-sena d-dieħla minħabba li nstab ħati ta’ frodi ta’ taxxi. Berlsuconi, li kien fit-tmun tal-Italja erbgħa darbiet, u li ngħaqad ma’ partit li huwa kontra l-immigrazzjoni, wera s-sostenn tiegħu lejn il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani bħala l-għażla tiegħu biex imexxi l-pajjiż.

Akkademiku mill-Università ta Malta fit-Tim Ewlieni li qed Iwaqqaf Organizzazzjoni Xjentifika Internazzjonali

Dr Ing. Nicholas J. Sammut (Deputat Dekan Fakultà tal-ICT, l-Università ta’ Malta) huwa parti mit-tim ewlieni li qed jistabbilixxi organizzazzjoni xjentifika internazzjonali fil-Balkani. B’investiment kapitali ta ‘madwar €300 miljun, din il-faċilità se tkun l-akbar tat-tip tagħha fir-reġjun. L-Istitut Internazzjonali għat-Teknoloġija Sostenibbli tal-Ewropa tax-Xlokk (SEEIIST) se jkun ibbażat fuq l-istess mudell li ntuża biex iwaqqaf l-Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka Nukleari (CERN) fl-Isvizzera fl-1954 b’għan primarju li tintuza x-Xjenza għall-Paci.

L-inizjattiva għadha kif ġiet iffirmata minn disa’ stati membri tal-Balkani u ġiet ippreżentata lill-komunità xjentifika f’forum f’Jannar 2018 fi Trieste, l-Italja. L-avveniment kien appoġġjat mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura (UNESCO), l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), is-Soċjetà Fiżika Ewropea (EPS), iċ-Ċentru Internazzjonali Abdus Salam għall-Fiżika Teoretika (ICTP) u il-Ministeru tax-Xjenza tal-Montenegro.

Aqra aktar

Madwar 90 persuna għerqu wara li nqalbet id-dgħajsa

Huwa mifhum li madwar 90 imigrant għerqu ‘il barra mill-kosta Libjana wara li d-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet kmieni llum il-ġimgħa. Jidher li 3 persuni li salvaw inġarru lejn ix-xatt, skond l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni.

Il-persuni li salvaw qalu li l-persuni abboard kienu fil-maġġoranza taghhom Pakistani li kienu fi triqthom lejn l-Italja. Dan qalitu Olivia Headon lil agenzija tal-aħbarijiet ta’ Geneva.

F’ dawn l-aħħar 4 snin, huwa kkonsidrat li madwar 600,000 persuna għamluha għal-Italja mil-Libja.

Send this to a friend