Italja – Page 13 – One News

Notifiki

Charlie Hebdo jsejħu lill-vittmi Taljani LASAGNA – esaġeraw?

Ir-rivista kontroversjali Franċiża Charlie Hebdo għal darb’oħra tinsab f’ħalq in-nies, din id-darba għall-mod li bih irreaġixxew għat-terremot devastanti fl-Italja.

F’karikatura intitolata “Terremot, stil Taljan”, il-vittmi tat-terrmot jidhru fi stadji differenti, kull stadju mqabbel ma’ riċetta Taljana u mal-għaġin, għaliex Amatrice hija magħrufa għal dan. Min tqabbel ma’ għaġin biz-zalza ħamra, min mal-imqarrun, u min ma’ lasagna.

292 persuna tilfu ħajjithom f’din it-traġedja: il-‘lasagna’ tirrappreżenta lilhom.

Aqra aktar

Terremoti oħra fl-Italja

Fl-Italja tkompli l-biża, hekk kif terremot ta’ qawwa 4.3 inħass għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ dalgħodu f’Perugia, l-istess inħawi fejn seħħ terremot ieħor, li ħataf il-ħajja ta’ 292 persuna. Fil-ħamsa u għoxrin, sar terrmot ieħor ta’ qawwa 3.0.

Partijiet antiki oħrajn, dawk li kienu għadhom intatti, komplew jiġġarrfu.  In-nies ta’ Norica ħarġu fit-toroq imwerwra iżda ma kien ebda mwiet din id-darba.

Inant, fuq nota aktar pożittiva, wara għaxart’ijiem infetaħ mill-ġdid il-pont Tre Occhi f’Amatrice – struttura kruċjali għat-trasport minn u lejn dan il-post li jinsab f’luttu qawwi. Aktarx li issa se jissemma “Ponte della Rinascita”, jiġifieri l-qawmien mill-imwiet.

 

 

Lura f’Malta l-volontiera u l-klieb tal-SOS Malta!

Il-volontiera tal-SOS K9 Search and Rescue team jaslu lura f’Malta wara ħidma bla heda li għamlu f’Amatrice l-Italja wara t-terremot li ħakem il-pajjiż ġirien tagħna. Jispikka l-kuraġġ ta’ dawn il-volontiera quddiem xeni ta’ qsiem il-qalb, u s-sodisfazzjoni tal-id ta’ għajnuna li taw f’isem il-Maltin.

Aqra aktar

Biex jerġgħu jinbnew binjiet storiċi wara t-terremot

Mużewijiet pubbliċi fl-Italja qed joffru l-profitti mill-ħlas tad-dħul li jagħmlu fil-Ħdud biex jerġgħu jinbnew il-binjiet storiċi u kulturali li ġġarfu kawża tat-terremot ta’ nhar l-Erbgħa; liema terremot ħasad il-ħajja ta’ 291 persuna.

Kienu ħafna l-knejjes u l-binjiet medjevali li ġġarrfu fl-Italja, meta t-terremot li kejjel 6.2 fuq l-iskala Richter heżżeż il-belt ta’ Amatrice u bliet oħra fir-reġjun ċentrali.

Is-sindku ta’ Amatrice qal li jrid jirrestawra l-belt tiegħu lura għall-glorja tagħha.

Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi stqarr li huwa kruċjali li ħadd ma jaqta’ qalbu f’dan il-mument.

Numru ta’ vittmi fl-Italja qed jiġu salvati minn klieb eroj

It-terremot tal-Italja, huwa fuq fomm kulħadd iżda ftit huma dawk li jirikonoxxu l-ħidma li għamlu l-kreaturi magħrufin bħala l-ikbar ħabib tal-bniedem. Kienu bosta l-klieb li assistew fit-tfittxija ta’ dawk il-vittmi li għal ħin twil kienu mirdumin taħt it-tifrik li ħalla dan it-terremot, li s’issa ħalla 284 persuna mejta u numru kbir ta’ persuni midruba.

Aqra aktar

Mijiet spiċċaw jgħixu fil-kampijiet

Nies iddisprati għall-ikel u saqaf fuq rashom spiċċaw jgħixu fil-kampijiet. Iktar minn 2,000 Taljan mistennija jkunu sabu kenn f’xi wieħed minn bosta kampijiet armati apposta wara li terremot ħalla ħerba sħiħa b’mod partikolari f’Amatrice. Sa issa kienu ddikjarati mejta 281 persuna u villaġġi sħaħ spiċċaw meqruda.

Aqra aktar

Tal-SOS Malta mitluba jirtiraw: BIŻÀ MINN TERREMOTI OĦRA

Il-volontiera tal-SOS Malta Urban Search and Rescue K9 qed jintalbu jżommu ‘bogħod miz-zona maħkuma mit-terremot fl-Italja. Għaldaqstant, huma jridu jiddeċiedu jekk jiġux lura Malta. Dan minħabba li aktar terremoti mistennija jaħkmu l-Italja. Aktar binjiet mistennija jiġġarfu jew jiċċaqalqu, u l-ikbar interess bħalissa huwa li ma jkunx hemm iktar fatalitajiet u li anke l-ħaddiema ta’ salvataġġ u volontiera ikunu siguri. Dawn il-ħames volontiera telgħu Amatrice flimkien ma’ żewġt’iklieb, sabiex bi qlubija kbira jgħinu lil ġirien Taljani wara t-terremot qawwi li ħataf il-ħajja ta’ mill-inqas 278 persuna.

Tkellimna ma’ wieħed mill-volontiera, John Gera.

Aqra aktar

Send this to a friend