Italja – Page 12 – One News

Notifiki

BIL-KUMMENT: Maltin fl-Italja waqt li seħħ it-terremot

Jesmond Borg huwa Malti li fil-ħin tat-terremot fl-Italja dalgħodu kien jinsab Terni, l-Italja.Fil-kummenti tiegħu ma one.com.mt huwa qal li ħass it-terremot sew, bil-bini “jiċċaċlaq” u stqarr li meta ħarġu barra mill-lukanda fuq wiċċ ir-residenti setgħu jaraw il-biża ta’ terremot devastanti ieħor.
Aqra aktar

Tinħass theżżiża f’Malta…. terremot ieħor fl-Italja

Theżżiża li seħħet 150km Lvant tal-kosta Maltija nqabdet mill-apparat tal-Universitá ta’ Malta. Din it-theżżiża kejlet 4.5 fuq l-iskala Richter.
Aktar kmieni dalgħodu, Terremot qawwi heżżeż Norcia fiċ-ċentru tal-Italja, u qered diversi binjiet. It-theżżiżiet seħħew kważi xahrejn wara li terremot kbir ħasad il-ħajja ta’ tlett mitt persuna u qered diversi bliet.

“Il-bini tagħna beda jiċċaqlaq”- Malti f’Ruma

Lawrence Attard huwa Malti li fil-ħin tat-terremot fl-Italja lbieraħ kien jinsab Ruma. Permezz tas-sit soċjai Facebook huwa qal li ħass it-terremot sew, bil-bini “jiċċaċlaq” għal xi mumenti.

Fil-ħin li kiteb, it-terremot kien għadu kemm seħħ, bl-ewwel ħsieb tiegħu tkun it-tama li ma kienx hemm persuni mejta. B’xorti tajba l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li ma kienx hemm telf ta’ ħajja, madanakollu l-biża’ tibqa’ reali ħafna, speċjalment wara li mietu mijjiet f’Awwissu li għadda.

Aqra aktar

Lejl imqatta’ barra għat-Taljani

Theżżiżiet li kejlu 5.4 u 5.9 fuq l-iskala Richter laqtu l-Italja ċentrali lbieraħ filgħaxija. B’xorti tajba ma kienux theżżiżiet fondi, u kejlu disa’ u tmin kilometri taħt l-art.

It-tieni terremot ikkawża aktar paniku fost il-popolazzjoni taż-żoni milquta, anke minħabba li diġa’ kellhom biża’ wara t-terremot fatali tal-24 t’Awwissu.

Minkejja li ma miet ħadd, indarab raġel f’Visso wara li waqa’ saqaf, filwaqt li tmienja oħra sofrew minn tbenġil ġewwa Fabriano.

Aqra aktar

30 sena ħabs talli qatlet lil binha – tgħid li skopra li kellha x’taqsam man-nannu

Omm Taljana li qatlet lil binha ta’ tmien snin ingħatat sentenza ta’ tletin sena ħabs.

L-omm, Veronica Panarello, qalet li kien in-nannu tat-tifel li qatel lil binha wara li dan skopra li kien hemm relazzjoni bejnha u bejn in-nannu, li jiġi missier missieru.

Fil-bidu Panarello qalet li t-tifel kien inħataf, u qalet lill-Pulizija li ħaditu l-iskola iżda għeb xħin marret biex tiġbru lura. Madanakollu rriżulta li għallqitu b’cables u xeħtet il-ġisem bla ħajja f’wied abbandunat f’Santa Croce, fi Sqallija.

Il-Pulizija bdiet tissuspetta li omm it-tifel kienet qed tigdeb, meta filmati tas-CCTV ma qablux mal-istorja tagħha.

Aqra aktar

Miet Dario Fo

L-attur u kittieb Taljan Dario Fo miet fl-età ta’ 90 sena.

Fo, famuż għas-satira poliktika, rebaħ il-Premju Nobel fil-litteratura fl-1997. Huwa kien ilu jsofri minn problemi fil-pulmun u kien ilu l-isptar 12-il jum.

Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi esprima kondoljanzi u qal li l-Italja tilfet wieħed mill-ikbar protagonisti fit-teatru, l-kultura u l-ħajja ċivili.

Aqra aktar

“GĦINU” – appell lill-artisti Maltin

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin nieda l-inizjattiva “Helping Through Art” biex jinġabru fondi biex jgħin lill-vittmi tat-terremot li laqat iċ-ċentru tal-Italja fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa 16:20 ta’ Awissu.

Il-Ministeru qed isejjaħ lill-artisti viżwali biex joffru b’donazzjoni xogħol ta’ arti, li mbagħad ikun irkantat nhar it-Tnejn, 10 t’Ottubru. Esebizzjoni tax-xogħolijiet tal-arti magħżula mbagħad mistennija tkun għall-wiri għall-pubbliku li jattendi n-Notte Bianca ta’ din is-sena u l-ġimgħa ta’ wara.

Aqra aktar

Send this to a friend