Italja – Page 11 – One News

Notifiki

Paolo Gentiloni mistenni jieħu post Renzi

Paolo Gentiloni huwa mistenni li jieħu post Matteo Renzi bħala Prim Ministru tal-Italja. Il-President Taljan Sergio Mattarella se jiltaqa’ ma Gentiloni, li preżentament qed iservi bħala Ministru għall-affarijiet barranin illum, dan ġie mħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċju tal-President. Huwa mistenni li f’din il-laqgħa, Mattarella jsaqsi lil Paolo Gentiloni biex jieħu post Renzi.
Aqra aktar

Se jibqa’ Prim Ministru sakemm ikun approvat il-baġit għall-2017

Matteo Renzi se jżomm il-kariga ta’ Prim Ministru Taljan sa ma jkun approvat il-baġit 2017. Huwa maħsub li dan isir il-ġimgħa d-dieħla. Renzi ħabbar ir-riżenja tiegħu nhar it-Tnejn wara li proposti li għamel għal riforma fil-kostituzzjoni tilfu r-referendum tal-Ħadd li għadda.

Madanakollu il-President Sergio Mattarella talbu biex għalissa jżomm it-titlu ta’ Prim Ministru. Wara li jgħaddi l-baġit, il-President Mattarella jitlob mexxej għall-Partit Demokratiku biex ikun fil-Gvern sal-elezzjoni tal-2018, bl-iktar kandidati b’saħħithom s’issa jidru li li huma Pier Carlo Padoan, il-President tas-Senat Pietro Grasso, u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Paola Gentiloni.

L-Italja tgħid LE u Renzi jirriżenja

It-Taljani qalu le għall-proposti ta’ bidliet kostituzzjonali li kien qed jipproponi l-Prim Ministru Matteo Renzi u meta ftit tas-sigħat ilu kien deher ċar li Renzi tilef il-vot ħabbar li se jirriżenja. Biex żamm mal-kelma li jorbot il-kariga tiegħu mar-riżultat tar-referendum.

Aqra aktar

It-Taljani jivvotaw

It-Taljani llum qed jivvotaw f’referendum li qed jiġbed ħafna l-attenzjoni ta’ dawk li qed ifittxu sinjali ‘anti-establishment’ fl-Ewropa.

Il-vot issejjeħ mill-Prim Ministru Matteo Renzi, u jitratta bidliet fis-setgħat tas-senat. Jekk tgħaddi ta’ Renzi, il-membri tas-senat jonqsu minn 315 għal 100, b’ħafna sindki u rappreżentanti reġjonali jkollhom jitilqu.

Renzi jemmen li r-riforma se tħaffef il-proċess biex jidħlu liġijiet importanti – proċess bħalissa jemmen li qed jittawwal għalxejn.

Madanakollu, stħarriġ tal-opinjoni pubblika jindika li mhux se tgħaddi ta’ Renzi. Il-popu beda jivvota fis-07:00 dalgħodu u jista’ jivvota sal-23:00 tal-llejla.

€78,000 għal koppja Maltija

Il-Qorti Maltija ordnat kumpens ta’ kważi €78,000 lil koppja Maltija wara li dawn kienu involuti f’inċident bil-mutur fl-Italja.

Il-koppja, Joseph u Joan Mary Grixti kienu qed isuqu fi Scarperia meta Taljan li kien qed isuq vann baqa’ dieħel fihom.

Aqra aktar

Tgħid din Madeline McCann?

Tfajla misterjuża li għandha aċċent Brittaniku għadha kif intlemħet iddur it-toroq ta’ Ruma. It-tfajla misterjuża li aktarx bejn it-tlettax u dsatax-il sena, ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta Taljani dan minħabba l-manjieri li għandha u kif ukoll minħabba li ma tafx il-lingwa Taljana.

Persuni sostnew li din it-tfajla bl-ebda mod ma tkun trid taċċetta flus bħala donazzjoni u tirrispondi għal kull mistoqsija bl-Ingliż. Kienu diversi li kkummentaw fuq il-midja soċjali fejn qalu li din it-tfajla tixbaħ lil diversi bniet li sparixxew bejn is-sena 2007 u s-sena 2008. Fosthom kien hemm Amda Adlai li nħatfet minn Michigan fl-2008, Maria-Brigitte Henselmann li sparixxiet il-Ġermanjafl-2008 u kif ukoll Madeleine McCann li sparixxiet fl-2007.

Aqra aktar

Jekk l-omm Borg u l-missier Vella, it-tifel x’jiġi?

Il-Qorti Kostituzzjonali Taljana iddeċidiet kontra leġiżlazzjoni li awtomatikament tagħti lit-tfal ta’ koppji miżżewġa kunjom il-missier.

Avukati argumentaw li meta familji jkunu mwaqqfa milli jagħtu lit-tfal kunjom ommhom, din tfisser diskriminazzjoni kontra n-nisa.

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) kienet ikkundannat din il-leġiżlazzjoni – li tmur lura għal żmien ir-Rumani – u ordnat lill-Italja biex tibdilha.

Difensuri faħħru din id-deċiżjoni u talbu lill-Parlament japprovaha.

Aqra aktar

Send this to a friend