Notifiki

“Il-PN jittieħed bis-serjetà meta jibda jirrispetta l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u mhux meta jużahom” – Il-PL

“Il-Partit Nazzjonalista jibda jittieħed bis-serjetà meta jibda jirrispetta l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u mhux meta jużahom biss għall-iskopijiet politiċi tiegħu.”

Qal dan il-Partit Laburista fi stqarrija hekk kif sostna li l-istandards fil-Ħajja Pubblika jitolbu li l-Kumitat Parlamentari jkun rispettat u mhux imxekkel milli jiddiskuti u jiddelibera skont il-proċeduri stabbiliti.

Il-Partit Laburista tenna li filwaqt li huwa d-dritt tal-ġurnalisti li jfittxu l-informazzjoni, daqstant ieħor huwa dmir tal-politiċi li jirrispettaw l-istituzzjonijiet li jridu jaħdmu fihom.

“L-Oppożizzjoni tqis li l-istituzzjonijiet qegħdin hemm biex jaqdu l-iskopijiet politiċi tagħha. Għalhekk ma tistax tkun kredibbli,” tenna l-Partit Laburista.

Fi tmiem l-istqarrija l-Partit Laburista qal li bħala partit politiku huwa jemmen mod ieħor. Tenna li fuq kollox il-kredibbiltà tal-Partit Laburista ġejja wkoll mill-fatt li huwa l-istess Partit li waqqaf dawn l-istituzzjonijiet.

Għal Bernard Grech pajjiżna qed jgħix f’inkubu

Minkejja l-ġid kbir li twettaq taħt Gvern Laburista, Bernard Grech sostna li pajjiżna qed jgħix f’inkubu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal dan waqt intervista fuq l-istazzjon nazzjonali meta kien mistoqsi dwar il-ġid kbir li sar fl-aħħar snin.

Hekk kif il-preżentatur elenkalu ħemel ta’ miżuri u għajnuna li pprovda l-Gvern, Bernard Grech qal hekk.

Min naħa tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela rrimarka li grazzi għall-isituzzjonijiet li jaħdmu, fl-aħħar xhur f’pajjiżna tressqu persuni quddiem il-ġustizzja li l-ebda Gvern qatt mess magħhom.Aqra aktar

Il-PM jisħaq li l-istituzzjonijiet jaħdmu mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd

Malta għandha istituzzjonijiet li qed jaħdmu bla ma jħarsu lejn wiċċ ħadd. Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela meta l-Ħadd filgħodu kien mistoqsi dwar l-arrest ta’ bosta persuni akkużati fost l-oħrajn b’korruzzjoni u ħasil ta’ flus.

Mistoqsi mill-ġurnalisti ta’ bosta kmamar tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru qal li l-istituzzjonijiet taw riżultati effettivi.Aqra aktar

Il-President ta’ Malta jerġa’ jappella għall-kalma u biex inħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu

F’indirizz qasir lin-nazzjon, il-President ta’ Malta George Vella reġa’ appella għall-kalma f’dan il-mument delikat għall-pajjiżna. “Ningħaqdu biex flimkien, bla ma nħarsu lejn wiċċ ħadd naraw li nħallu l-istituzzjonijiet jagħmlu xogħolhom u li sseħħ il-ġustizzja”, saħaq il-President tar-Repubblika. Dr. Vella żied jgħid li b’hekk biss nistgħu bil-mod il-mod nibdew lura t-triq għan-normalità.

 

Il-President ta’ Malta qal hemm stennija minnu biex ikun strument biex jiġi evitat l-agħar jekk is-sitwazzjoni fil-pajjiż tkompli tiggrava. Tenna li huwa qed jagħmel kollox li titlob il-Kostituzzjoni ta’ Malta. Huwa fakkar li fi stqarrija li ħareġ nhar il-Ħadd li għadda spjega x’inhuma parametri li tħallih taħdem fihom il-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Tissokta l-kampanja kontra l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna għax qed jagħmlu xogħolhom

Is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali, u l-Innovazzjoni qal kif huwa tassew ta’ għajb li fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista kompliet għaddejja kampanja qarrieqa kontra l-ħaddiema tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, awtorità indipendenti li qed tagħmel xogħolha b’mod ċar fosthom anke fil-każ tas-Satabank, fejn skont l-istess stqarrija maħruġa mill-awtorità, hija ħadet il-passi kollha li kellha tieħu, xi ħaġa li l-gvern jappoġġja. Aqra aktar

Il-PM jisħaq li se jibqa’ jiddefendi l-istituzzjonijiet

Fid-diskors tiegħu fl-attività politika fiċ-Ċentru Laburista fil-Qala f’Għawdex, il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li dan il-gvern jaħdem għall-familji Maltin u mhux jedha fl-ispekulazzjoni u z-zekzik.

B’referenza għal dak li qal l-eks kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fil-Parlament din il-ġimgħa dwar Egrant, il-Prim Ministru saħaq li hekk kif kulħadd għandu d-dritt li jemmen li jrid, anke Simon Busuttil għandu d-dritt li jibqa’ jagħżel li jemmen l-ikbar gidba politika fl-istorja ta’ pajjiżna.Aqra aktar

Send this to a friend