istati uniti – Page 2 – One News

Notifiki

Il-UN tgħid li l-Korea ta’ Fuq qed tforni lis-Sirja b’materjal kimiku għall-armamenti

Il-midja tal-Istati Uniti qed tikkwota dak li nstab minn esperti tan-Nazzjonijiet Magħquda, iġifieri li l-Korea ta’ Fuq qed tibgħat tagħmir lejn is-Sirja li jista jintuża fil-manifattura tal-armi kimiċi.

Il-materjali jinkludu madum li huwa reżistenti għall-aċtu, valve u pajpijiet. In-New York Times qalet li r-rapport li għadu mhux ippubblikat qal ukoll li l-ispeċjalisti tal-missili ta’ Pyongyang intlemħu f’faċilitajiet fejn isiru l-armi fis-Sirja.

L-allegazzjonijiet ġew wara rapporti ġodda li ntuża l-gass tal-kloru minn forsi Sirjani, bil-gvern jiċħad dan.

Bil-Filmati: Jekk timpressjona ruħek tarax dan il-filmat…Sparaturi fi Florida

Dan huwa l-mument li fih instemghu l-isparaturi. Student saħansitra tefa’ filmat fuq instagram.

Inħoloq profil fuq instagram saħansitra biex juri r-realtà li spiss qed tirrepeti ruħha.

Is-Senatur Chris Murphy kellu kliem iebes għal mod kif fl-Istati Uniti biss jiġru dawn l-affarijiet ġo skejjel. Talab li tittieħed azzjoni mmedjata biex ma jerġax jiġri l-istess.

This epidemic action happens only in the United States

IL-Crane u de La Rue joħolqu problema tajba

Il-miġja ta’ Crane Currency u t-tisħiħ ta’ De La Rue f’pajjiżna ħolqu biċċa uġigħ ta’ ras fl-industrija tal-istampar. Fil-gazzetta KullĦadd, nies minn din l-industrija tkellmu-dwar kif kien hemm għexieren ta’ persuni li daru fuq dawn iż-żewġ kumpaniji li jispeċjalizzaw fl-istampar tal-flus. Dan għax joffru kundizzjonijiet mill-aqwa li għas-settur tal-manifattura huma wkoll fost l-iktar b’saħħithom. Fil-fatt jirriżulta li għexieren ta’ nies li kienu jaħdmu fi stamperiji daħlu ma’ dawn il-kumpaniji bl-istamperiji li jipprintjaw kotba u materjal ieħor spiċċaw jitkellmu bejniethom biex ilaħħqu max-xogħol li kellhom ibbukkjat.

Aqra aktar

Ara: Produzzjoni Maltija tirbaħ f’Hollywood

Il-produzzjoni Kannizzati Fishing ta’ Chris u Maurice Micallef għadu kemm rebaħ żewġ premijiet għall-iskript u cinematografija fil-Hollywood International Independent Documentary Awards.

Il-preżentazzjoni se ssir ġewwa Los Angeles fl-Istati Uniti f’Marzu li ġej.

Dan id-dokumentarju jitratta il-proċess kollu kif tinqabad il-lampuka mis-sajjieda Maltin sakemm tinbiegħ fis-suq lokali .

L-għan ta’ dawn l-awards hi li tippromovi produzzjonijiet li jistgħu jagħmlu impatt permezz ta’ dokumentarji.

Din is-sena fost il-pajjiżi rebbieħa f’dan il-festival kien hemm mill-Portugal, l-Greċja, il-Kanada, Hong Kong, l-Istati Uniti u sintendi Malta.

Dan id-dokumentarju se jixxandar fuq ONE aktar tard din is-sena.

Id-duo Micallef sa’ issa rebħu 195 premijiet bil-produzzjonijiet taghhom li minnhom 149 ġew minn rebħiet ġo festivals internazzjonali minn madwar id-dinja.

Send this to a friend