“Minix ser niġġudika lil ħadd u rridu nfejqu l-qlub imweġġa’ mill-Knisja” – Isqof t’Għawdex

Ser nilqa’ lil kulħadd b’idi miftuħa hu min hu.

Kliem l-Isqof il-ġdid tad-Djoċesi Għawdxija Anton Teuma, li f’intervista ma’ dan l-istazzjon, meta misqtosi dwar persuni divorzjati, qal b’mod ċar li ser ikompli jaħdem biex jipprova jfejjaq il-qlub ta’ persuni mweġġa’, li xi drabi ġew imweġġa’ mill-knisja stess.

“Preżentejna lil Ġesu bħala Imħallef, milli tabib, pulizija milli social worker. Din il-qalb ħanina ta’ Alla li tilqa’ lil kulħadd fiha u ma tiġġudikax il-persuna dejjem isalvaha. Trid tkun approach ta’ kull saċerdot, nisrani u isqof  – qalb miftuħa biex tilqa’ lill qlub midruba xi drabi anke mill-knsija stess.”

Aqra aktar

L-Isqof Giovanni Cefai se jagħmel żjara f’Malta

Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Awwissu 2019, jasal Malta mill-Perù l-Isqof Giovanni Cefai, l-ewwel isqof Malti tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP). Din hi l-ewwel żjara tiegħu f’Malta minn meta fit-3 ta’ April li għadda l-Papa  Franġisku ħatru Isqof tal-Prelatura Territorjali l-ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil-Perù. Aqra aktar

ARA: “Il-valur tal-ħajja huwa l-fulkru ta’ ħajjitna”- l-Arċisqof Scicluna

Il-kultura tal-Maltin u l-Għawdxin hija bbażata fuq il-valur tal-ħajja, kemm dawk ċkejknin kif ukoll tal-anzjani fis-soċjetà. Dan kien il-messaġġ ta’ Jum il-Milied tal-Arċisqof ta’ Malta, Mons Charles Scicluna.

L-Arċisqof Scicluna awgura l-poplu ikompli jgħożż d-don tal-ħajja, dik li tibda mit-tnissil u li tikber fil-ġuf tal-omm. Żied jgħid li l-bniedem m’għandhux iħares biss lejn il-ħajja matul is-snin.Aqra aktar

Send this to a friend