Notifiki

L-attakk f’Orlando u l-ISIS

F’analiżi li għamlu CNN jitkellmu dwar ir-relazzjoni bejn l-attakki f’Orlando u l-ISIS. Huma sostnew li r-raġel li spara waqt l-attakk f’ Orlando huwa suldat kaliffat Amerikan.

Huma qed isostnu li s-suldat li wettaq l-attakki iddikjara li huwa membru tal-ISIS. Jinsabu ċerti li dan ser jinżel tajjeb mas- segwaċi tagħhom.

Aqra aktar

L-ISIS jitilfu “fortizza”

L-awtorijajiet Libjani qalu li ħadu mill-ġdid il-kontroll tal-port u l-belt ta’ Sirte. Dan wara ġlied vjolenti kontra militanti tal-Istat Iżlamiku, l-ISIS.

Sirte hija meqjusa bħala l-ikbar fortizza tal-ISIS u l-aktar waħda sinifikanti barra mill-Iraq u s-Sirja. Iktar kmieni din il-ġimgħa, ajruplani tal-gwerra tefgħu bombi fuq din il-belt, filwaqt li forzi mill-baħar ukoll sparaw missili lejn il-port. Dawn l-azzjonijiet militari qed jitmexxew mill-gvern ta’ Tripli bl-appoġġ tan-Nazzjonijiet Maqgħuda.

“Jekk inwarrbu l-Musulmani tkun faċli għall-IS li jirreklutawhom”

Meta l-komunitajiet Ewropej jeskludu lill-Musulmani u jispiċċaw mingħajr impjieg u ħbieb, l-Istat Iżlamiku jaħtaf l-opportunità u juri li qed jissimpatizza magħhom.

Fi kliem Sarah Jayne Gilson, esperta dwar it-terroriżmu qalet ma’ one.com.mt li dawn iwegħduhom ħajja aħjar u joffrulhom impjieg li jħallas tajjeb. Isibuhom iddisprati tant li jispiċċaw jissieħbu magħhom għax ma jkollhomx alternattivi oħrajn.

Aqra aktar

Send this to a friend